nativity scene


Xi Links Importanti


Teodoru
Arċisqof ta' Mopswestja.

Teodoru - Archisqof ta' Mopswestja

Twielet c350CA Antioch, Syria
Miet c428CA


Sant Efrem
Duttur u Konfessur tal-Knisja.

Sant Efrem

Twielet 306 Nisibis, Turkija
Miet 9 ta' Ġunju 373, Edessa Turkija
Festa 9 ta' Ġunju


Patristika:
Riflessjonijiet mill-Kitba
tas-Santi Patri.

Dawn is-siltiet dehru għall-ewwel darba fin-newslatter
tas-Soċjeta Patristika Maltija
immexxija min Mons. Hector Scerri.


Xi Ħsibijiet għaż-Żmien ir-Randan,
miġbura minn Mons Hector Scerri

Ħsibijiet jew Omeliji ta':

  • St. Pope Leo the Great

  • St. John Chrysoston

  • St. Macarius of Optina

  • St. Theodor the Studite

Kompli aqra:

Il-Missirijiet tal-Knisja dwar
il-Mard u l-Imgieba tan-Nisrani
miġbura minn Dun Hector Scerri

 San Ambrog

Jikteb Mons. Hector Scerri
Nixtieq naqsam magħkom għadd ta’ siltiet li sibt fuq is-sit elettroniku http://orthochristian.com/106274.html -- dawn huma siltiet minn Missirijiet il-Knisja u li jistgħu jkunu ta’ għajnuna fir-riflessjoni tagħna f’dawn il-ġimgħat u xhur. Ħallejthom, kif sibthom, bl-ilsien Ingliż, fil-ġabra “The Holy Fathers on Illness” ta’ Fr Alexey Young. Is-sit elettroniku fih ħafna u ħafna aktar minn dawn li qed inġib.

Kompli aqra:

Nota biografika dwar Ambroġ ta’ Milan (c.339-397)
minn Dun Hector Scerri

 San Ambrog

San Ambroġ, imwieled fi Trier (Treviri, fil-lbiċ tal-ġermanja tal-lum), iben il-Prefett ta’ dik iżżona tal-Gallja, irċieva formazzjoni għall-karriera amministrattiva fl-Imperu Ruman. Fis-sena 374, sar pro-konslu tar-reġjun tal-Emilia u l-Ligurja, li s-sede tiegħu kienet fil-belt importanti ta’ Milan. Wara l-mewt tal-isqof ta’ Milan, Awsenzju (li kien Arjan), il-lajċi – b’akklamazzjoni, bħal fil-każ ta’ Ilarju – għażlu lilu biex imexxi l-Knisja f’dawk l-inħawi tal-Imperu. Ambroġ kien għadu katekumenu. Malajr ġie ordnat saċerdot u isqof, filwaqt li tħarreġ fit-teoloġija Kattolika mal-qassis Simpliċjanu. Ambroġ malajr sar predikatur ta’ fama kbira, u ħares il-Knisja kontra t-tagħlim żbaljat tal-Arjani.

Kompli aqra dwar San Ambroġ:

Nota biografika dwar Ilarju ta’ Poitiers (c.315-367)
minn Dun Hector Scerri

Ilarju twieled madwar is-sena 315. Twieled fi Poitiers, fil-Gallja (Franza tal-lum) minn familja nobbli li kienet pagana. Wara li rċieva edukazzjoni klassika, huwa skopra l-fidi Nisranija u rċieva l-Magħmudija meta kellu madwar tletin sena. L-għażla tiegħu biex ikun isqof ta’ belt twelidu saret prattikament b’akklamazzjoni, ħaġa mhux rari f’dawk iż-żminijiet. Peress li huwa ta l-appoġġ tiegħu lil Atanasju (c.296-377), Isqof ta’ Lixandra, fit-taqbida dottrinali tiegħu kontra l-Arjani, Ilarju – magħruf bħala “Atanasju tal-Punent” – bata l-eżilju.
Kompli aqra fuq Ilarju ta' Poitiers

Siltiet dwar l-Ewkaristija
mill-Kitbiet tas-Santi Padri.

san Cirillu ta gerusalem

“Taħt ix-xbieha tal-ħobż Ġismu huwa mogħti lilek, u taħt ix-xbieha tal-inbid Demmu ... Meta inti tiekol il-Ġisem u tixrob id-Demm ta’ Kristu, inti ssir ġisem wieħed u demm wieħed miegħu. Hekk inġorru lil Kristu għaliex Ġismu u Demmu jkunu xterdu fil-membri kollha ta’ ġisimna ... Dak li donnu ħobż mhuwiex ħobż, imma l-Ġisem ta’ Kristu, u dak li donnu nbid mhuwiex inbid, għalkemm itiegħem hekk, imma d-Demm ta’ Kristu”

(Mill-Katekeżi Mistagoġika ta’ San. Ċirillu ta’ Ġerusalemm).

san chrostomu

“Dak li noffru kuljum huwa sagrifiċċju tassew, imma l-vittma hija dejjem l-istess: hemm Kristu kullimkien, sħiħ kemm f’din id-dinja kif ukoll fl-oħra; għalkemm qed jiġi offrut f’ħafna postijiet, huwa biss ġisem wieħed, u għalhekk hemm biss sagrifiċċju wieħed ... Dak li noffru issa huwa dak li kien offrut qabel”

(Minn Omelija 17 dwar l-Ittra lil-Lhud ta’ San Ġwann Griżostmu)


San ambrog

“Kristu huwa l-ikel u x-xorb tiegħi; il-ġisem ta’ Alla huwa ikel għalija; id-demm ta’ Alla huwa xorb għalija. Kristu huwa mogħti lili kuljum”

(Mill-Kummentarju dwar Salm 118 ta’ Sant’Ambroġ)



san teodoru

“Kristu ma qalx, ‘Dan huwa simbolu ta’ demmi,’ imma ‘Dan huwa demmi,’ għaliex huwa xtaqna nħarsu lejn l-elementi wara l-miġja tal-Ispirtu, mhux skont in-natura tagħhom, imma li nirċevuhom kif tassew huma, il-Ġisem u d-Demm tal-Mulej”

(Minn Omelija 5 ta’ Teodoru ta’ Mopswestja).


Siltiet qosra dwar l-Avvent
mill-Kitbiet tas-Santi Padri.

san girgor nazjanzenu

“Wara l-musbieħ, li ħejjielu t-triq, ġie d-dawl ta’ dija li tgħammex; wara l-leħen ġiet il-Kelma; wara l-ħabib tal-Għarus ġie l-Għarus innifsu, biex jikseb għall-Mulej poplu kbir, u jnaddfu bl-ilma ħalli l-Ispirtu jgħammar fih”

San Girgor Nazjanżenu.

Sant'Efrem

“Meta l-Mulej qalilna biex nishru, l-ordni tiegħu tahulna sew gall-gisem u sew gharruh; għall-ġisem, biex ma jħallix in-ngħas jagħmel bih; għar-ruħ, biex ma tintelaqx u ma tintreħiex”

Sant’Efrem.


San ciprijanu

“Jeħtieġ nistennew bis-sabar, biex inwasslu fit-tmiem dak li bdejna fina u, għall-grazzja t’Alla, niksbu dak li nittamaw u nemmnu”

San Ċiprijanu.



Saint Augustin

“Alla wegħedna salvazzjoni għal dejjem, ħajja ta’ hena bla tmiem mal-anġli, wirt li ma jitħassarx, glorja li ma tintemmx, il-ħlewwa tad-dehra ta’ wiċċu”

"Santu Wistin.

san Pietru Krisologu

“Alla ra d-dinja mqallba minħabba l-biża’, u minnufih beda jaħdem biex jerġa’ jsejħilha bl-imħabba, jistedinha bil-grazzja, iżommha miegħu bil-għożża u jħaddanha ma’ qalbu”

San Pietru Krisologu.


Melitone ta' Sardis.
Omelija dwar l-Għid il-Kbir

Jien Kristu, il-Maħfra tagħkom, jien l-Għid tas-salvazzjoni, jien il-Ħaruf issagrifikat għalikom, jien il-ħasil tagħkom, jien il-qawmien qawmien tagħkom, jien is-salvazzjoni tagħkom, jien is-sultan tagħkom. Jien li ntellagħkom fl-għoli tas-smewwiet, jiennli nqajjimkom mill-imwiet, jien li nurikom il-Missier li hu fis-smewwiet, jien li nqajjimkom b'idi l-leminija..


San Ġwann Grisostmu dwarna l-Maltin.

In-nies tal-gżira jgħallmuna kif tkun l-imġieba xierqa. Ma kinux jafu min kienu dawk li raw l-għarqa, iżda fehmu sewwa li huma wkoll kienu bnedmin. U għalhekk laqgħuhom bil-ħlewwa ... Jidher ċar li dawk li għamlulu (lil Pawlu) laqgħa bħal din, min-naħa tagħhom laqgħu minn għandu l-kelma li xandrilhom. Ma kienx sejjer jibqa' tliet xhur jitħaddet magħhom kieku ma emmnux tassew. Min dan wieħed jara li kienu ħafna dawk li emmnu.


Mid-Didache' - 14,1

F'Jum il-Mulej inġemgħu flimkien biex taqsmu l-ħobż u troddu ħajr, wara li tkunu stqarreju ħtijietkom, biex is-sagrifiċċju tagħkom ikun safi. Imma, jekk xi ħadd ikollu xi jgħid ma' sieħbu m'għandux jissieħeb magħkom qabel ma jitħabbu bejniethom, biex ma jitħassarx is-sagrifiċċju tagħkom.

San Ġwann Grisostmo

San Gwann grisostmu

Isqof u Duttur
tal-Knisja
Arċisqof ta' Constantinopli
Twielet Antioch
fit-349
Miet Omana in Pontius fil-409
Festa 13 ta' Settembru


Melito of Sardis

Melito of Sardis

Isqof ta' Sardis"
Apoloġista
miet c180AD
Festa 1 ta' April



San Ċirillu ta' Ġerusalemm

San Cirillu ta' Gerusalem

Isqof, Konfessur u Duttur tal-Knisja
twielet c313CA
miet c386CA
Venerat fil-Knisja Orjentali


San Ambroġ
Isqof ta' Milan

San Ambrog - Isqof ta' Milan

Isqof, Konfessur u Duttur tal-Knisja
twielet c339CA Trier Ġermanja
miet c397CA Milan
Festa 7 ta' Diċembru


San Girgor Nazjanzenu

San Girgor Nazjanzenu

Isqof, Teologu u Duttur tal-Knisja
twielet 329CA Arianzum, Cappadocia
miet 390CA Milan
Festa 2 ta' Jannar


Santu Wistin
Isqof ta' Hippo

Santu Wistin - Isqof ta' Hippo

Isqof, Duttur tal-Knisja
twielet 13 ta' Novembru 354CA - Thagaste
miet 28 ta' Awwissu 430CA - Hippo Regius
Festa 28 ta' Awwissu


San Ċiprijanu

San Ciprijanu

Twielet c 200-210 CA, Certagini
Miet 14 ta' Settembru 258 CA
Festa 16 ta' Settembru.


San Pietru Krisologu
Isqof, Duttur u Konfessur tal-Knisja.

San Pietru Krisologu

Twielet c 380 CA, Imola
Miet 31 ta' Diċembru 450 CA
Festa 4 ta' Diċembru.