statue of Saint Helen

Lis-Statwa ta' Sant'Elena Imperatrici Awgusta. [Skultur Salvu Psaila]


Antifona

Fethet idha mal-fqir
meddet idejha lejn
l-imsejken
u l-ħobż ma kilitux
ma tagħmel xejn

Santu Wistin dwar ir-Randan.

mill-Priedka 20A,1 - dwar it-tiġrib

picture of St. Augustine

Kemm fil-ħwejjeġ tajbin kif ukoll f'dawk ħżiena ta' din id-dinja, f'kollha kemm huma tiltaqa' mat-tiġrib. Il-ħwejjeġ tajbin jafu jqarrqu bina bis-saħħa tat-tlellix tagħhom, filwaqt illi dawk ħżiena jafu jkissruna bit-theddid tagħhom.

Għaldaqstant, minħabba li t-tiġrib tista' tiltaqa' miegħu fiż-żewġ każijiet, in-Nisrani qatt ma jista' jħossu fiż-żgur iżda jeħtieġlu jistqarr u jwettqu bil-qawwiet kollha ta'qalbu dak li għadna kemm għannejna lil Alla: "Ikollok ħniena minna, Muleja, ikollok ħniena minna, l-għaliex fik jinsab is-serħan ta' ruħi".

Talba: "Ikollok ħniena minni O Alla, l-għaliex ruħi fik biss qiegħdet it-tama tagħha." (Priedka 20A,1).



mill-priedka 209,1 - il-Maħfra tgħinna nimxu 'l quddiem fit-twemmin.

Jekk tiftakar li ħariġlek minn moħħok li terġa' titħabbeb ma' xi ħadd, mela ara li tistembaħ u tneħħi minn fuqek l-għadab. Jekk imbgħad inti hekk ħerqan li mill-ħati tkun qiegħ titlob li jpatti lura bis-sewwa għal dak li għamel, kull ma trid tagħamel hu li taħseb biss fuq kemm mela mbagħad għandek inti issa xi trod lura lil Alla.