Biex Nikbru Lkoll Flimkien.
Twielet c350CA Antioch, Syria
Miet c428CA
Twielet 306 Nisibis, Turkija
Miet 9 ta' Ġunju 373, Edessa Turkija
Festa 9 ta' Ġunju
Twielet c 380 CA, Imola
Miet 31 ta' Diċembru 450 CA
Festa 4 ta' Diċembru.
Dawn is-siltiet dehru għall-ewwel darba fin-newslatter
tas-Soċjeta Patristika Maltija
immexxija min Mons. Hector Scerri.
San Ambroġ, imwieled fi Trier (Treviri, fil-lbiċ tal-ġermanja tal-lum), iben il-Prefett ta’ dik iżżona tal-Gallja, irċieva formazzjoni għall-karriera amministrattiva fl-Imperu Ruman. Fis-sena 374, sar pro-konslu tar-reġjun tal-Emilia u l-Ligurja, li s-sede tiegħu kienet fil-belt importanti ta’ Milan. Wara l-mewt tal-isqof ta’ Milan, Awsenzju (li kien Arjan), il-lajċi – b’akklamazzjoni, bħal fil-każ ta’ Ilarju – għażlu lilu biex imexxi l-Knisja f’dawk l-inħawi tal-Imperu. Ambroġ kien għadu katekumenu. Malajr ġie ordnat saċerdot u isqof, filwaqt li tħarreġ fit-teoloġija Kattolika mal-qassis Simpliċjanu. Ambroġ malajr sar predikatur ta’ fama kbira, u ħares il-Knisja kontra t-tagħlim żbaljat tal-Arjani.
Iddefenda l-Knisja kontra l-indħil tal-Imperatur Teodosju (347-395; imperatur, 379-395). Kien hemm episodji fejn din it-taqtigħa saħnet ħafna, imma Ambroġ uża tajjeb id-doni li huwa kien tħarreġ fihom meta kien fl-istruttura ċivila tal-Imperu. Jibqa’ magħruf għal bosta kummentarji eseġetiċi (Hexaemeron), il-katekeżi mistagoġika (De mysteriis, De sacramentis), it-trattati axxetiċi (fosthom id-De officiis, ispirat mill-ktieb tal-istess isem ta’ Ċiċerun) u bosta innijiet liturġiċi li għadna nużawhom sal-lum, speċjalment fil-Liturġija tas-Sigħat.
Waqt diskors dwar Ambroġ, fl-2007, il-Papa Benedittu XVI faħħar l-istil kateketiku tiegħu. Mhux biss introduċa fil-Punent il-prattika tal-lectio divina, imma applika dan il-metodu ta’ talb għall-predikazzjoni u l-kitbiet kollha tiegħu. Ambroġ kien dejjem jibda minn smigħ attent u spiritwali, fi spirtu ta’ talb, tal-kelma ta’ Alla. Id-daħla għall-katekeżi ta’ Ambroġ tapplika lqari tat-Testment il-Qadim għall-ħajja Nisranija: “Kuljum, meta naqraw dwar il-ħajja tal-Patrijarki u t-tagħlim tal-Proverbji, qegħdin nindirizzaw il-moralità ... sabiex – iffurmati u mgħallma minnhom – intom issiru aktar midħla biex timxu fil-mogħdijiet tal-Missirijiet u tħarsu t-triq tal-ubbidjenza tal-kmandamenti t’Alla” (De mysteriis, 1, 1). Ambroġ kien isostni li l-katekumeni u l-Insara l-ġodda (in-neofiti), wara li jitgħallmu jgħixu ħajja ordnata, isibu ruħhom imħejjija għall-misteri kbar ta’ Kristu.
Kif jistqarr il-Papa San Gwanni Pawlu II, fl-Ittra Appostolika Operosam diem (1 ta’ Diċembru 1996) bi tħejjija għas-sittax-il ċentinarju mill-mewt ta’ Ambroġ (4 t’April 397 – 1997), l-Isqof ta’ Milan huwa meqjus – flimkien ma’ Ġlormu, Wistin u Girgor il-Kbir – wieħed mill-erba’ Dutturi Latini li l-Knisja tagħtih ġieħ speċjali. Il-Papa Polakk jgħallimna wkoll li f’Ambroġ nilmħu armonija tal-għaġeb fil-qadi tal-missjoni tiegħu bħala isqof, missjoni li huwa qeda b’dedikazzjoni kbira. Huwa fassal il-ħajja tiegħu ta’ ragħaj tal-erwieħ skont il-ħtiġjiet u ċċirkustanzi li nqalgħu fi żmienu. Huwa ddedika l-enerġija kollha tiegħu, l-esperjenza twila li kiseb, flimkien mal-kapaċitajiet kollha li bihom hu kien imżejjen, biex ikun mexxej eżemplari u ta’ ispirazzjoni. Kien bniedem qawwi u manswet, bniedem tat-twissija u tal-maħfra, eżiġenti mal-mexxejja ċivili, studjuż profond u bniedem ta’ azzjoni, anke fir-relazzjoni tiegħu mal-Istat.
Ambroġ kien il-ħin kollu jfisser il-kelma t’Alla waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-liturġija. Il-kelma u l-kitba tiegħu, hu x’inhu s-suġġett tagħhom, huma mimlija b’referenzi għal siltiet mill-Bibbja. Il-Papa Gwanni Pawlu jgħid dan dwaru: “si direbbe che egli non soltanto parli della Bibbia, ma parli la Bibbia, divenuta come la sostanza intima del suo pensiero e della sua parola” (wieħed jista’ jgħid li hu mhux biss tkellem dwar il-Bibbja, imma titkellem il-Bibbja, li saret is-sustanza intima tal-ħsieb tiegħu u ta’ kelmtu).
Il-Papa Benedittu XVI ifakkarna li kull meta Wistin ta’ Ippona – li dak iż-żmien kien jgħix Milan u kien għadu ifittex is-sens tal-ħajja u
tal-fidi – kien jipprova jkellem lil Ambroġ, kien dejjem isib serbut ta’ nies li riedu jkellmu lill-isqof tagħhom. Kienu jġibu l-problemi tagħhom, u
kellhom il-konvinzjoni li hu kellu kelma xierqa għalihom. F’Ambroġ, jien nara dak ir-ragħaj li għaliex huwa bniedem ta’ talb u riflessjoni, huwa
kapaċi jgħaqqad il-ħajja spiritwali mal-ħajja soċjali ta’ kuljum. Il-qofol ta’ ħajtu tinġabar fil-kliem <>b>“Omnia Christus est nobis!”
– Għalina, Kristu huwa kollox! Fil-fatt, Ambroġ jistqarr hekk:
Isqof u Duttur
tal-Knisja
Arċisqof ta' Constantinopli
Twielet Antioch
fit-349
Miet Omana in Pontius fil-409
Festa 13 ta' Settembru
Isqof ta' Sardis"
Apoloġista
miet c180AD
Festa 1 ta' April
Isqof, Konfessur u Duttur tal-Knisja
twielet c313CA
miet c386CA
Venerat fil-Knisja Orjentali
Isqof, Teologu u Duttur tal-Knisja
twielet 329CA Arianzum, Cappadocia
miet 390CA Milan
Festa 2 ta' Jannar
Isqof, Duttur tal-Knisja
twielet 13 ta' Novembru 354CA - Thagaste
miet 28 ta' Awwissu 430CA - Hippo Regius
Festa 28 ta' Awwissu
Twielet c 200-210 CA, Certagini
Miet 14 ta' Settembru 258 CA
Festa 16 ta' Settembru.