nativity scene

Xi Links Importanti


Abraham


Mose'


Isaija


Eżekiel


Ġeremija


San Pawl


Riflessjoni fuq
il-Qari tal-Quddies tal-Ħadd.


14 ta' Diċembru 2025.
It-3 Ħadd ta' l-Avvent. Sena A.
Kristu Hu l-Aħbar it-Tajba: Nifirħu .

L-ewwel Qari: Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija. Iż 35: 1-6a. 10.
Salm Responsorjali: Salm 146(147): 7. 8-9a. 9bċ-10.
It-tieni Qari: Qari mill-Tieni Ittra ta' San Ġakbu. Ġak 5: 7-10.
Vanġelu: Qari mill-Evanġelju skond San Mattew. Mt 11: 2-11.

Biex aktar tapprezzaw dawn ir-riflessjonijiet nissuġġerulkom taqraw is-siltiet indikati.

riflessjoni

Daħla:
Ninsabu fit-tielet ħadd ta' l-avvent u llum is-saċerdot flok il-kulur vjola, simbolu tal-penitenza u ċaħda, jilbes il-lewn roża li hu simbolu ta' ferħ. Il-għala jsir dan? Illum il-knisja trid tfakkarna li l-avvent hu preludju għal miġja tal-Messija u għalekk filwaqt li nippreparaw għal dan l-avveniment kbir billi nitnadfu permezz taċ-ċaħda u l-penitenza b'danakollu dan ser ikun avveniment ta' ferħ kbir għax il-Messija Hu l-aħbar it-tajba. L-antifona tad-dħul tgħid " Ifirħu dejjem fil-Mulej, nerġa' ngħidilkom, ifirħu. Il-Mulej qorob".

pink church vestments

Issa l-istennija waslet fit-tmiem. Il-mument tant mistenni fil-qrib. Is-Sultan tal-paċi qorob biex jiġi u miegħu iġib il-fejqan, il-maħfra, il-paċi. L-ewwel qari tagħna jiftaħ bil-kliem " Ha jifirħu d-deżert u l-art ħarra" Fid-deżert u l-art ħarra m'hemmx ħhajja imma l-Messija ser jibdel il-mewt fil-ħajja. Iva, ħalli jifirħu l-bnedmin kollha ta' l-art għax il-Mulej ġej biex isalva u jagħti l-ħajja u mhux biex jikkundanna u jeqred. Il-bxara t-tajba waslitilna.

Qari:
L-ewwel qari tagħna hu meħud mill-ewwel ktieb ta' Isaija u jaqa' taħt it-titlu " is-salvazzjoni tal-poplu ta; Alla". Il-poplu Lhudi jinsab fl-eżilju ġewwa Babel, imma issa wasal żmien il-ħelsien. U biex il-poplu jirritorna lura lejn art twelidu jeħtieġ li jaqsam desert jaħraq, bla ħajja. Imma dan id-deżert Alla b'mod simboliku ser jibdlu fi ġnien u għalhekk Alla ser ikun magħhom u jgħinhom biex jaqsmu. Tibżgħux igħidilhom il-profeta u jkompli " Qawwu l-idejn mitluqa u saħħu l-irkobbtejn imriegħda". Imma l-profeta ma jieqafx hawn u jkompli li Alla kien ġej biex jagħti d-dawl lil għomja, il-pass liz-zopp,is-smiegħ lit-torox.. U dan kollu jfakkarna f'dak li fil fatt kien għamel Ġesu'. Dawk li ser jirritornaw lura lejn art twelidhom huma l-mifdijin tal-Messija.

Ahna wkoll mistiedna biex nirritornaw lura lejn dar missierna, is-sema pajjiżna, u dan nagħmluh billi nagħtu widen għall aħbar it-tajba li ġie waslilna Ġesu' l-Messija u l-Mulej.

Fis-salm imbagħad is-salmista ifakkarna f'dak li Ġesu' għamel meta ta d-dawl lil għomja, wassal il-bxara t-tajba lil fqajrin, ħeles lil imjasrin, l-fejqan lil tant morda fil-ġisem u r-ruħ. Għalhekk dan is-salm nistgħu bla dubju ta' xejn napplikawh ghal persuna ta' Ġesu'.

Fit-tieni qari, meħud mill-ittra tant sabiħa ta' San Ġakbu , l-awtur iħeġġeġ lill-insara sabiex ma jaqtgħux qalbhom. Il-bidwi wara tant xogħol joqgħod bil-paċenzja kollha jistenna li tagħmel ix-xita ħalli mbagħad il-ħidma tiegħu tagħti l-frott. Hekk ukoll in-nisrani, wara tant tbatija minħabba l-fidi tiegħu, ċaħdiet, tribulazzjoni, persekuzzoni għad jaħsad il-frott ta' dawn it-tbatijiet. Imma jrid jibqa' sħiħ sa l-aħħar bħ'al ma baqgħu sħaħ sa l-aħħar il-profeti ta' l-antik testament li ħafna minnhom spiċċaw maqtula minħabba l-kelma t'Alla li taqta fil-laħam il-ħaj.

john the baptist in prison

Fil-vanġelu għandna lil Ġwanni l-Battista li jibgħat jistaqsi lil Ġesu' jekk hu kienx dak li tant kien ilhom jistennew, jiġifieri l-Messija. Mhux għax Ġwanni kellu xi dubju imma għax ried jismagħha minn fomm Ġesu' stess. U t-tweġiba ta' Ġesu' hi sempliċi - ara x'qiegħed nagħmel, f'kelma waħda l-għemejjel tiegħi jixdhu għalija. Imma Ġesu' ma jiqafx hawn. Ġesu' jmur ifaħħar bil-kbir lil Ġwanni għax Ġwanni għ'ix il-fidi tiegħu b'mod awtentiku sa' l-aħħar. Ġwanni, l-aħħar profeta ta' l-antik testament, il-prokursur, kien fil-ħabs jistenna l-mewt minħabba l-kelma t'Alla. U hekk ġralu Ġesu' għax ġie maqtul minħabba li l-kelma tiegħu kienet tniggeż lil kbarat tal-Lhud.

Ħsieb:
Quddiem dan il-qari li poġġiet quddiemna l-knisja llum' wieħed għandu jifraħ u jithenna għax dan hu qari ta' kuraġġ u tama għal dawk li jfittxu li jgħixu b'mod awtentiku l-bxara t-tajba li waslilna Ġesu'. Li tgħix il-fidi tiegħek b'mod awtentiku mhux faċli għax dan ifisser li wieħed imur kontra d-dinja , dan hu mpenn pjuttost iebes fiċ-ċirkostanzi tal-ħajja moderna meta l-bniedem qieged dejjem jiddistakka ruħu dejjem aktar mill-valuri sbieħ tal-vanġelu. Imma hekk ħralu Ġwanni l-Battista. Imma l-Battista baqa' sħiħ sa l-aħħar u minħabba f'hekk qata' l-frott tal-ħajja ta' dejjem. Hekk ukoll aħna, jekk nibqgħu fidili lejn il-bxara t-tajba ta' Ġesu' għad nifirhu fis-salvazzjoni miksuba għalina minn Ġesu' Bambin.

Talba
Mulej Ġesu' kun miegħi minn sbieħ il-jum sa nżul ix-xemx,
Mulej Ġesu' kun miegħi f'kull ċirkostanza tal-ħajja
Mulej Ġesu' mingħajrek ma jien xejn
Bik u permezz tiegħek biss nista' nifraħ fil-frott tas-salvazzjoni.

Charles Debono.
debono.charles@gmail.com





21 ta' Diċembru 2025.
Ir-4 Ħadd ta' l-Avvent is-Sena. Sena A.
Fi Kristu Jiltaqgħu Alla u l-Bniedem .

L-ewwel Qari: Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija. Iż 7: 10-14.
Salm Responsorjali: Salm 23(24): 1-2. 3-4ab. 5-6.
It-tieni Qari: Qari mill-Tieni Ittra ta' San Pawl Appostlu lir-Rumani. Rum 1: 1-7.
Vanġelu: Qari mill-Evanġelju skond San Mattew. Mt 1: 18.24.

Biex aktar tapprezzaw dawn ir-riflessjonijiet nissuġġerulkom taqraw is-siltiet indikati.

riflessjoni

Charles Spiteri.
charliespiter@gmail.com





28 ta' Diċembru 2025.
Il-Familja Mqaddsa ta' Ġesu', Marija u Ġużeppi5. Sena A.
.

L-ewwel Qari: Qari mill-Ktieb ta' Bin Sirak. Sir 3: 2-6. 12-14.
Salm Responsorjali: Salm 127: 1-2. 3. 4-5.
It-tieni Qari: Qari mill-Tieni Ittra ta' San Pawl Appostlu lill-Kolossin. Kol 3: 12-21.
Vanġelu: Qari mill-Evanġelju skond San Mattew. Mat 2: 13-15. 13-23.

Biex aktar tapprezzaw dawn ir-riflessjonijiet nissuġġerulkom taqraw is-siltiet indikati.

riflessjoni

Leli Muscat.
lelimuscat@gmail.com





4 ta' Jannar 2026.
Epifanija tal-Mulej. Sena A.
Ġejna biex Inqimu lil Muley.

L-ewwel Qari: Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija. Iż 60: 1-6.
Salm Responsorjali: Salm 71(72): 1-2. 7-8. 10-11. 12-13.
It-tieni Qari: Qari mill-Tieni Ittra ta' San Pawl Appostlu lill-Efesin. Ef 3: 2-3a. 5-6.
Vanġelu: Qari mill-Evanġelju skond San Mattew. Mat 2:1-12.

Biex aktar tapprezzaw dawn ir-riflessjonijiet nissuġġerulkom taqraw is-siltiet indikati.

riflessjoni

F'Diċembru ta' l-1986 tlett astronawti ġew magħżula biex jagħmlu l-ewwel titjira spazjali madwar il-qamar. Id-dinja kollha kienet mitlufa tħares u tgħarrex. F'xi ġimgħa qabel it-titjira, il-federazzjoni ta' l-astroloġi Ingliżi bassret li din it-titjira sejra tkun fjask. X'kienet ir-raġuni tat-tbassir tagħhom? L-astroloġi wieġbu li l-pjaneti Juppiter u Uranus kienu qrib xulxin u dan jikkważa effett disastrus fil-personalita' ta' l-astronawti nfushom. Ir-riżultat kien li din it-titjira kienet suċċess kbir, u addio dak li bassru l-astroloġi.

Astrologu ieħor bassar li ż-żwiġġ bejn Zsa Zsa Gabor u George Sanders kellu jkun suċċess u jkollhom ħajja ħienja u twila. L-istess tbassir għaż-żwieġ bejn Linda Christian u Tyron Power kienu sejrin ikunu suċċess minħabba l-posizzjoni ta' ċerti kwiekeb. Tassew żbaljata l-idea li l-futur tal-bnedmin hu miktub fil-posizzjoni tal-kwiekeb. Hekk almenu jaħsbu għaxar miljuni ta' amerikani. Difatti eluf ifittxu u jindagaw bosta, li jikkonsultaw il-gazzetti jew il-media biex ikunu jafu l-ġejjieni f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħajjithom. Ta min isostni li ma hemm ebda prova xjentifika li l-moviment tal-kwiekeb jaffettwaw ħajjitna u xortina. Bosta bnedmin f'ħajjithom igħaddu minn ġrajjiet ta' ferħ u ta' niket; waqt li bosta japprofittaw ruħhom minn dan it-tbassir biex idaħħlu l-flus għal buthom.

L-ewwel silta tal-quddiesa ta' Jum l-Epifanija, meħuda mill-kitbiet ta' Isaija, iwissi li l-mixja tal-poplu fid-dlamijiet u fin-niket għad tintemm; xewqithom tisfa maqtugħa għalhekk iwissi : Qum belt ta' Sijon ilbes ilbies ta' ferħ, kun ta' dawl u kuraġġ għax il-popli għad jimxu '’dawlek. Is-sejħa tagħha hi fil-qalba ta' l-istorja tas-salvazzjoni.Il-profeta mnebbaħ minn Alla, jwissina li lejn Sion għad jinħabru dawk imxerrda fid-Diaspora; imbagħad l-istranġieri mxerrda f'Midjan,f'Efa u f'Saba, pajjiżi għarab in-naħa ta' isfel ta' Sion u jġibulek għotjiet ta' doni, deheb u nċens għall-qima fit-tempju. Ġerusalemm tas-sema mżejna bħal għarusa għal jum it-tieġ tagħha, issir mogħnija bis-sebħ quddiem it-Trinita' qaddisa.

MIS-SALM RESPONSORJALI: "Is-slaten ta' Tarsis u tal-gżejjer Iġibulu r-rigali; ir-rejiet ta' Saba u ta' Seba joffrulu l-għotjiet; is-slaten kollha jinxteħtu quddiemu."

MILL-ITTRA TA' PAWLU LILL-EFESIN (li kienu nies jgħixu fl-Asja ż-żgħira jew it-Turkija ta' llum), hu jipprova jagħti ħjiel tal-grazzja ta' Alla afdata lilu biex ixandarha. Din prinipalment tikkonsisti li permezz ta' l-Ispirtu s-Santu, il-ġnus kollha (il-Ġentili) huma msejħin fi Kristu Ġesu' li jkollhom sehem mill-istess wirt u permezz ta' l-aħbar it-tajba ta' l-Evanġelju ikollhom sehem mill-istess wegħda. Meta Ġesu' sar Bniedem u fil-ħajja tiegħu fostna bnedmin (33 sena) u li qatt ma warrab mill-Palestina, permezz tal-Fidwa tiegħu b'mewtu fuq l-eħrex salib Iħoss fih il-għana tal-fidwa li permezz tal-Knisja, il-ġisem tiegħu mistiku, titwassal lill-bnedmin kollha. Permezz ta' l-Ispirtu s-Santu dan qed jiġi mwassal lill-appostli u l-profeti (l-evanġelizzaturi ta' llum) li l-ġnus kollha huma msejħa biex ikollhom l-istess wirt u jifformaw ġisem wieħed li hi l-Knisja u jkollhom ukoll sehem mill-istess wegħda li twassal għal hena bla tmiem. Mhux ħela ta' ħin u enerġija li tiddedika ħajtek biex ixxandar dan il-messaġġ ta' Alla.

Hallelujah! Rajna l-kewkba tiegħu fil-Lvant u ġejna naduraw il-Mulej. Hallelujah

Dun Anton Mallia Borg.
vinbonnici@gmail.com





4 ta' Jannar 2026.
L-Epifanija. Sena A.
.

L-ewwel Qari: Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija. Iż
Salm Responsorjali: Salm 21(22): 8-9. 17-18a. 19-20. 23-24.
It-tieni Qari: Qari mill-Tieni Ittra ta' San Pawl Appostlu lir-Rumani. Rum
Vanġelu: Qari mill-Evanġelju skond San Mattew. Mat

Biex aktar tapprezzaw dawn ir-riflessjonijiet nissuġġerulkom taqraw is-siltiet indikati.

riflessjoni

Charles Debono.
debono.charles@gmail.com





Painting - San George Preca

San Ġorġ Preca


Talba lil San Ġorġ Preca

O Alla inti sejjaħ, lis-saċerdot tiegħek għall-ministeru ta'
l-Evanġelizzazzjoni, agħtina nitolbuk li mħeġġin bil-interċessjoni tiegħu, aħna wkoll naħdmu bla heda
għas-saħħa tad-dinja u nħabirku biex jitkattar l-għadd ta'dawk li jemmnu. Bi Kristu Sidna. Amen


Saint Matthew

San Mattew


Saint Mark

San Mark


Saint Luke

San Luqa


Saint John

San Ġwann