Ħajr u Talb lill-Mulej
minn Xwejjaħ Kuntent.
Niżżik ħajr li tajtni l-ħajja
O Mulej, sidi, ħanin!
Għext kif ridni, nħobb lil-għajri,
Iżżewwigt u għext das-snin
Tajtni mara f'xejn ma naqset
Rabbiet sewwa bosta wlied!
Dawn ferrħuna meta kibru
u l-ulied rabbew bla fsied!
Dejjem kilna mingħajr ħela
u fejn stajna għamilna l-ġid;
Qsamna l-ferħ u l-ftit tan-niket
Niżżikħajr ta' dan .... irrid!
Meta xtaqt lil-marti tieħu
u x'ulied fis-sema miegħeK
Ħadt bis-sabar l'għoġbok tagħmel
Tajtni u ħadt dak li kien tiegħeK.
Tajtni saħħti, moħħ u fehmti,
Sirt bużnannu u bqajt ħerqan!
Bil-pensjoni għandi żżejjed
Ninsab f'dari u bqajt daħkan!
Kollox sewwa ħlaqt Mulejja;
Il-ħażin ġej mill-bnedmin!
Kompli ħobbni, aħfer dnubi
Tgħoddni qatt fost il-ħatjin.
Amen
Assuero Farrugia
Assuero Farrugia
Twielet: 2 ta' Frar 1881
Miet: 31 ta' Awwissu 1986