Għas-servizz tal-parroċċjani.
Lis-Statwa ta' Sant'Elena Imperatrici Awgusta. [Skultur Salvu Psaila]
Antifona
Fethet idha mal-fqir
meddet idejha lejn
l-imsejken
u l-ħobż ma kilitux
ma tagħmel xejn
Glorifikazzjoni ta' Sant'Elena. [Pittura ta' Virginio Monti]
Il-Parroċċa ta' Birkirkara kienet diġa tiffunzjona fl-1360 mill-kappella ta' Santa Liena fil-limiti ta' l-Għargħar. Fl-1436, l-Isqof Mons. Duzina rrikonoxxiha bħala waħda mill-għaxar Parroċċi ta' Malta.
Aktarx il-fdallijiet ta' l-ewwel Parroċċa
Fil-5 ta' Diċembru 1630, il-Papa Urbanu VIII waqqaf il-Kolleġjata Elenjana permezz ta' Bolla Papali bl-isem "Sacri Apostolatus Ministerio". Dan kien fi żmien il-Kappillan ħabrieki Dun Filippu Borgia (1567-1649).[Fuq ix-xellug il-Papa Urbanu VIII u fuq il-lemin Dun Filippo Borgia]
It-tempju Elenjan ta' llum, mibni f'post aktar ċentrali ta' Birkirkara u akbar fid-daqs minn ta' qablu, hu r-raba' knisja parrokkjali li beda jinbena fl-1727, meta fis-27 t'April 1727, l-Isqof Gaspare Gori Mancini poġġa l-ewwel ġebla tal-maqdes wara li kien bierek il-pedamenti. Taħt l-ewwel ġebla tpoġġew midalja ta' Santa Liena kif ukoll l-ismijiet tal-Papa u l-Isqof ta' dak inhar. [L-Isqof Fra Gaspare Gori Mancini]
Fl-1771 twaqfet il-Fundazzjoni Perina. Din twaqfet mil-Kan. Dun Perin Borg. Permezz ta' din il-fundazzjoni sdiedu erbgħa kanonikati oħra. Dawk tal-Kantur, it-Tezorier, il-Penitenzier u t-Teologu. [Kan. Dun Perin Borg]
Meta wasal f'fażi li fih setgħu jsiru l-funzjonijiet sagri fid-19 ta' April l-istess sena, l-Isqof Alferan bierek il-maqdes. Kien fl-20 ta' Ottubru 1782, meta (ukoll kienet tlestiet il-koppla) l-Isqof fra Vincenzo Labini kkonsagra b'rit solenni t-tempju Elenjan taħt it-titlu ta' l-Imperatriċi Sant'Elena.[L-Isqof Alferan fuq ix-xellug u L-Isqof Labini fuq il-lemin]
Fil-18 ta' Jannar 1950, il-Papa Piju XII għolla dan it-tempju li fiħ jilqa' l-Kolleġġjata Elenjana, għall-unur ta' Bażilka Minuri bl-unuri kollha.[Fuq ix-xellug il-Papa Piu XII u fuq il-lemin il-Basilika]
Għal aktar informazzjoni dwar l-istorja tal-Parroċċa u tal-Kolleġġjata nissuġerulkom takwistaw il-Ktieb "Birkirkara - Storja * Kolleġġjata * Knejjes Filjali". Kitba ta' Sal u Philip Xuereb, fotografija tal-Kan. Dun Pawl Gauci bil ko-ordinament ta' Paul Buhagiar. Għal aktar informazzjoni kkontatjaw l-Uffiċċju Parrokkjali.