nativity scene


Xi Links Importanti

Artikoli fuq
Santa Liena u Kostantinu.


Artikoli f'din il-Faċċata:
  • 1. L-Editt ta' Milan.~~
  • 2. ~Paniġirku Festa~~
    Santa Liena 2015.~~


L-Editt ta' Milan 313ad.
Kitba ta' Hon. Imħallef Silvio Meli
fl-Okkazzjoni tal-1700 anniversarju ta' l-Editt ta' Milan.

Daħla:
Hi ferm preokkupanti l-kostatazzjoni li jidher li f’ Malta l-elf u saba’ mitt anniversarju tal-Editt ta’ Milan s’issa għadda fl-obliju ġenerali. Għalhekk, dan l-artiklu qasir inkiteb bl-għan ewlieni li nevitaw li nkunu ġustament akkużati b’apatija, inkurja u negliġenza grossolana. Minkejja dan, din il-mankanza tista’ forsi verament tiġi xi ftit jew wisq attentwata mill-fatt li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena (2013) donnu kulħadd kien distratt b’affarijiet oħra ta’ natura ferm aktar mondana minn dak li qiegħed jiġi hawn indirizzat. Hu għalhekk doveruż li nieqfu ftit biex niffukaw u nirriflettu fuq dan l-avveniment t’importanza storika enormi u, nikkomemorah kif xieraq. Ovvjament jiġi mill-ewwel ukoll ammess u ribadit li dan l-istess eżerċiżżju neċessarjament qed isir b’mod sintetiku, u xejn xjentifiku jew approfondit. Ta’ dan, nitlob l-indulġenza tagħkhom.

Ta’ min jissottolinea li din is-sena(2013) taħbat xejn anqas mill-1700 anniversarju ta’ l-Editt ta’ Milan, jew kif hu wkoll magħruf, l-Editt ta’ Tolleranza, tas-sena 313wk. Għalkemm din hi leġislazzjoni li hi tassew distanti minna fiż-żmien, hi fl-istess ħin meqjusa mill-bosta bħala waħda kulturalment importanti u finalment konduċenti għall-ħolqien t’atmosfera paċifika ideali għall-konvivenza ċivili w ekumenika. Fejn din l-atmosfera soċjali ta’ tolleranza reliġjuża hi nieqsa, jipprevali biss l-gwaj soċjali. Fiż-żmien meta ġie redatt dan l-Editt dan jirriżulta li kellu effett rivoluzzjonarju ġgantesk. Irriżulta fil-fatt li kien tassew determinanti għall-iżvilupp kumpless reliġjuż, filosofiku, soċjo-kulturali u anke ekonomiku sussegwenti. In effetti, għadna anke llum stess nibbenbefikaw bi sħieħ mill-atmosfera tolleranti li ġiet hemm instawrata għaliex permezz ta’ dan l-iżvilupp, aktar uniku milli rari, effettivament ġie stabbilit pedament strutturali liberali w tolleranti li għalkemm matul iż-żminijiet ovvjament kellu t-tlugħ u l-inżul tiegħu, fl-aħħar mill-aħħar irriżulta li kien verament pedament sod li fuqu setgħa jinbena l-edifizzju soċjalment armonjuż li wassal lir-reliġjon Kristjana saż-żminijiet eċitanti post-Konċiljari ta’ llum.

Għalkemm dan l-Editt, komunement meqjus ta’ l-Imperatur Kostantinu l-Kbir, ovvjament ħalla marka indelibbli fuq l-iżvilupp storiko-politiku sussegwenti ta’ l-Imperu Ruman li fih issawwar, dan ma’ kienx l-uniku effett tiegħu. Naturalment l-Imperatur li xprunaħ eventwalment assigura ruħħu minn post uniku fl-istorja kif juri kemm l-ark li nbena f’Ruma Imperjali biex jikkomemorah, u kif jixhed l-aġġettiv mogħti lilhu mill-posterita`. Aktar minn hekk, dan l-Editt tat-313wk ħalla wkoll effett determinanti fuq il-Knisja Kattolika universali stess billi ippermettielha topera bl-istess mod li kien jippermetti espressjonijiet reliġjużi oħra li joperaw - jekk m’hux aħjar. B’effett tiegħu ir-reliġjon Nisranija bdiet tkun kkwalifikata bħala religio licita u setgħet għalhekk tesprimi ruħha fil-liberta`. Issa kellha l-opportunita` tiffjorixxi fis-serenita` u fit-trasparenza.

arch of Constantine

L-Arka ta' Kostantinu - Ruma

Fid dawl ta’ dan inħoss li hu doveruż li Istitut attiv u għall-avangwardja bħal m’hu dak tagħna (Istitut Agostinjan) ma jħallix din id-data tgħaddi, tiġi injorata u minsija. Għalhekk, meta r-Reverendu Professur Salvinu Caruana, Direttur tal-Istitut Agostinjan tal-Provinċja Maltija, ogħġbu javviċinani biex nikteb kelmtejn għar-rivista tal-Istitut ħassejt li ma’ kellix alternattiva oħra! Kien issa d-dover tiegħi li nirreferi għal dan l-avveniment epokali u nikteb kelmtejn fil-qosor fir-rigward.

X’inhu Editt?
Dan l-istrument legali jippermetti l-espressjoni leġislattiva tal- imperium governattiv. Dan kellu l-oriġini tiegħu fl-era tar-Rejiet, u sussegwentement ta’ l-Imperaturi, ta’ Ruma u kien ġeneralment avviż pubbliku mogħti mill-awtorita` kompetenti. Tenut kont ukoll tal-perijodu konsiderevoli ta’ żmien li dan l-istrument legali dam jintuża, dan neċessarjament għadda minn diversi trasformazzjonijiet. Eventwalment ġie definit bi preżijoni mill- Istituzzjonijiet[1] ta’ Ġustinjanu bħala strument leġiżlattiv distint. Dan il-poter leġiżlattiv kien oriġinarjament jiġi eżerċitat miż-żewg preturi (Maġistrati), - dak imsejjaħ praetor urbanus[2] u dak imsejjaħ praetor peregrinus[3]. Maż-żmien dawn il-poteri spiċċaw assorbiti mill-imperatur personalment jew mill-ajjutanti tiegħu. Bħala strument leġiżlattiv ma’ kienx jiġi ġeneralment utilizzat b’mod assolutista, salv f’xi eċċezzjonijiet partikolari li l-istorja Rumana sfortunatament tesebixxi anke b’abbundanza. Kif issostni Harris[4] l-ebda liġi Rumana ma’ kienet tiġi formulata kappriċċożament u ma’ kienitx tiġi promulgata f’vakwu politiku jew ġuridiku. Xi tip ta’ interess ftit jew wisq ġenwin u ġuridikament tenibbli dejjem ried ikun hemm.

L-iskop ta’ l-użu ta’ dan l-istrument partikolari kien ġeneralment is-seġwenti: “adjuvendi vel supplendi corrigendi juris civilis gratia propter utilitatem pubblicam[5]”. Bħal ma’ hu l-każ illum, f’dan il-perijodu il-kontenut ta’ leġiżlazzjoni ġeneralment kien ikun determinat minn diversi fatturi. Fil-każ tal-editt wieħed jista’ jelenka s-segwenti: (i) il-politika partikolari li tkun qed tiġi adottata minn żmien għal żmien; (ii) l-informazzjoni eżistenti f’idejn minn kellu d-dover li jilleġiżla; (iii) il-preċedent li toħloq in-neċessita` leġiżlattiva partikolari; (iv) l-aġitazzjoni li xi grupp partikolari jista’ joħloq biex jixpruna b’qawwa u b’determinazzjoni l-interessi tiegħu l-quddiem. Finalment, għalkemm il-liġijiet kienu wkoll jiġu akklamati li kienu qed jiġu introdotti in perpetwu - għal dejjem - fir-realta`, bħal ma’ l-liġijiet jinħolqu dawn dejjem jistħu jiġu emendati jew addirittura abrogati fid-dawl tal-esperjenza, tal-ġurisprudenza, u tal-perseveranza tal-interessi involuti.

imige of heodosju II

Theodosju II

F’dan il-kuntest hi interessanti oratio partikolari konġunta posterjuri għall-eventi in kwistjoni mogħtija lis-Senat Ruman f’Novembru 426wk mill-Imperaturi Teodosju II[6] u Valentinu III[7] li ta’ min jaċċenna għaliha fil-qosor permissibbli f’dan ir-rigward. Hemmhekk dawn stabilew xi linji gwida interessanti rigwardanti prinċipji partikolari minnhom meqjusa importanti biex wieħed effettivament ikun jista’ jilleġiżla b’mod għaqli biex b’hekk jiggverna kif xieraq. Għalhekk, filwaqt li rriferew għall-liġijiet ġenerali, (leges generales), iddiskrivew dawn il-liġijiet u iddiskutew kif dawn leġittimament jinħolqu u jiġu rikonoxxuti mis-soċjeta`. Stabilew b’mod ġenerali li l-liġijiet jinġolqu in risposta għal xi waħda mill-inizjattivi hawn elenkati:
  • (i) dik direttament imposta bl-intervent dirett tal-imperatur, (spontaneus motus);
  • (ii) dik in risposta ta’ xi imprekazzjoni jew talba, (precatio);
  • (iii) dik konsegwenti ghal xi rapport, (relatio);
  • (iv) dik riżultanti wara xi kontroversja legali, (lis mota).
Dawn il-liġijiet kienu meqjusa ta’ natura ġenerali meta kienu jkunu indirizzati lis-Senat Ruman bħala oratio, bħal fil-każ hawn rakkontat jew, meta jkunu indikati speċifikatament bħala editt. Meta jkunu indikati b’dan l-aħħar metodu partikolari (editt), dawn kienu jkunu pubbliċizzati mal-imperu kollu mill-uffiċċji tal-gvernaturi imxerdin ma’ l-imperu kollu u kienu jkunu indikati wkoll bħala leges generales u allura, reżi applikabbli fuq u għal kullhadd.

Image of Salvius Julianus

Salvius Julianus

Ovvjament l-Editt bħala strument leġiżlattiv importanti ikkontribwixxa enormement għall-iżvilupp tal-Liġi Rumana speċjalment anke bl-għajnuna ta’ kummentaturi ġenjali li intervenew matul iż-żmien fejn fosthom, per eżempju, wieħed jista’ jaċċenna għall-ġurista Salvius Julianus. Indirettament, dan l-istrument leġiżlattiv partikolari anke ikkontribwixxa għall-iżvilupp tal-kulturi kollha sussegwenti li xorbu minn din l-għajn ineżorabbli tad-dritt, fosthom Malta. Dan il-kontribut jista’ jiġi sintetikament elenkat bil-mod segwenti:
  • (i) billi kien strument li kien jintuża biex jemenda d-dritt civili, (emendi gratia);
  • (ii) billi jissupplimenta d-dritt ċivili, (supplenti gratia); u finalment,
  • (iii) billi jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ rimedji supplimentarji, (adjuvandi gratia).
Maż-żmien pero`, bħal kollox, din l-għodda leġiżlattiva bdiet sfortunatament tiffossilizza ruħha u bdiet ittendi li ma’ tevolvix mat-tibdiliet taż-żminijiet. Għalhekk, wara perijodu glorjuż, hi ukoll sabet id-deklin naturali tagħha.

L-Editt ta’ Milan:
Statue of Emperor Constantine the Great

L-Imperatur Kostantinu l-Kbir

Dan l-editt hu frott ta’ laqgħa storika, li llum kieku insejħula “summit bejn is-super potenzi”. F’din il-laqgħa l-aktar żewġ persuni potenti ta’ dak iż-żmien - Kostantinu[8], imperatur tal-Imperu tal-Punent, u Licinju[9], imperatur tal-Imperu tal-Lvant - fthemu fuq kwistjoni li kienet għada taħraq ħafna sa dak iż-żmien. Bħala sfond storiku għal dan ta’ min jemfasizza li f’dak il-perijodu dawn kienu għadhom qed jaqsmu l-imperu Ruman bejniethom u t-tnejn kienu mogħnija b’armati konsiderevoli ekwipaġġjati sa snienhom. Din il-laqgħa kienet seħħet f’Jannar tat-313wk f’Mediolanum, illum magħrufa bhala Milan, u kellha tkun waħda tassew ta’ portata storika enormi.

L-iskop ewlieni ta’ dan l-editt tat-313wk kien ġia` kellu predeċessur. Fil-fatt, minkejja persekuzzjoni aspra, inkluża dik li fl-istorja baqgħet magħrufa bħala l-Persekużżjoni l-Kbira ta’ żmien l-imperaturi Dioklezjanu u Galerju ta’ bejn it-303 u t-304, (fejn fost oħrajn kienu ġew martirizzati San Ġorg u San Bastjan fost ohrajn), il-kwistjoni tal-insara baqgħet waħda prominenti. Kien għalhekk li l-imperu ħass il-ħtieġa li jitgħallem mill-iżbalji tal-passat u jindirizza l-kwistjoni b’mod differenti. F’dan ir-rigward, kellu jkun proprju l-istess imperatur Galerju li jagħti żvolta ġdida lill-kwistjoni fejn permezz ta’ l-Editt ta’ Serdika jew ta’ Nikomedja tat-311wk kien sintetikament ipprovda li dawk il-Kristjani li kienu b’kapriċċ abbandunaw l-istituzzjonijiet antiki ta’ Ruma kienu issa qegħdin jinagħtaw indult jew maħfra.

statue of Licinju

Imperatur Licinju

B’din id-direzzjoni ġdida hekk issa intrappriża l-imperu kien impliċitament qiegħed jirrikonoxxi għall-ewwel darba l-fatt li x-xewqa imperjali li jeqirdu lill-insara mill-imperu kienet falliet. L-imperu beda jirrikonoxxi r-realta` tas-sitwazzjoni fejn minkejja s-sofferenzi kollha skatenati fuq l-insara, dawn xorta waħda baqgħu jikbru ineżorabbilment. Pero`, kienet għadha ma’ ġietx miktuba l-aħħar kelma għaliex l-esperjenza kienet malajr uriet li dan l-editt ma’ kien eżawrjenti. Irriżulta li kien naqas jindirizza bi preċiżjoni l-kwistjoni delikata rigwardanti x’kellu jsir mill-proprjeta` kkonfiskata lill-insara bil-persekuzzjonijiet preċedenti u jekk din kelliex tiġi mogħddija lura lilhom jew tibqa’ f’idejn l-imperu. Għalhekk inħasset il-ħtieġa urġenti li jerġgħu jirrikonsidraw is-sitwazzjoni ex novo biex jindirizzaw din il-kwistjoni partikolari b’mod aktar ġust, komprensiv u inklussiv.

Kif jistqarru l-istess imperaturi Kostantinu u Liċinju fil-komunikat konġunt tagħhom, il-laqgħa ta’ Milan seħħet taħt awspiċi tajbin ħafna. F’dan l-editt tat-313wk għalhekk, l-imperaturi involuti analizzaw ir-realta` ta’ madwarhom u ddeċidew li jbiddlu d-direzzjoni biex eventwalment ikunu jistgħu jiffokaw aktar fuq kwistjonijiet aktar impellenti ta’ natura soċjali. B’hekk setgħu verament jaħdmu għall-ġid komuni kif xieraq. Kienu issa determinati li jikkonċentraw qabel xejn fuq aspetti reliġjużi li kienu qed joħonqu lill-imperu u jikkagunaw ħafna ħsara. Għalhekk kien ġie deċiż li issa kien żmien matur li jiffokaw fuq dawn il-prijoritajiet partikolari biex l-imperu jkun jista’ jimxi l-quddiem. Kienu għalhekk deċiżi li jilħqu dawn l-iskopijiet billi jiggarantixxu l-liberta` reliġjuża assoluta lis-sudditi kollha tagħhom - speċjalment lill-insara. Kienu għalhekk determinati li jpoġġu lir-reliġjoni Nisranija fl-istess livell ta’ reliġjonijiet oħra li ġia` kienu jiġu liberament eżerċitati fl-imperu. B’hekk, b’daqqa ta’ pinna, il-persekuzzjonijiet u l-era tal-martri saru xi ħaġa tal-passat. Xemx ġdida feġġet fuq ix-xefaq! Realta` differenti issa esponiet ruħha għall-insara li eventwalment wasslet għall -żviluppi kbar li sa dak iż-żmienijiet kienu inimmaġinabbli.

Għalkemm dan l-editt tat-313wk kien ta’ portata epokali u li f’dan il-qasam kien in effetti qabża fenomenali l-quddiem, jibqa’ stramb il-fatt li l-editt innifshu kien sar magħruf biss madwar sitt xhur wara li kien promulgat tramite reskritt ta’ Liċinju. Għalhekk jirriżulta storikament aktar korrett li wieħed jitkellem fuq dan il-fatt bħala wieħed naxxenti aktar minn reskritt milli minn editt - għalkemm kontra kull raġuni, it-tradizzjoni ma’ tirrikonoxxix ir-realta` storika riskontrata. Minkejja dan, jibqa’ l-fatt li bħala riżultat dirett tal-inkontru ta’ Milan hawn deskritt ingħatat il-fakulta` lil kull persuna li kienet issa ħielsa li tosservanza dik ir-reliġjon tal-għażla tagħha mingħair tfixkil, anke jekk din tkun dik Nisranija li sa ftit qabel kienet persegwitata. Permezz tal-istess inkontru ġiet imneħħija kull kundizzjoni u restrizzjoni preċedentement imposta fuq I-insara fl-eżerċizzju tal-kult preferut tagħhom u issa kien possibbli għalihom li josservaw ir-reliġjon ta’ preferenza tagħhom fil-miftuħ u mingħajr biża ta’ molestja jew rappreżalja.

Fl-istess ħin l-imperaturi li xprunaw l-editt in kwistjoni enfasiżżaw li kienu qed jagħtu wkoll l-istess opportunita` ta’ osservanza ħielsa lill-dawk li jappartjenu lill-reliġjonijiet oħra. B’hekk kienu qed jippruvaw jassiguraw il-paċi reliġjuża fid-dominji estensivi tagħhom billi rrendew lil kullhadd liberu li jqim kwalunkwe reliġjon tal-għażla tiegħu skont il-kuxjenza. Pero`, għalkemm ir-reliġjonijiet kollha tpoġġew fuq l-istess livell biex setgħu kollha joperaw fil-liberta`, xorta waħda sottilment jinħass li l-emfasi fl-operat tal-editt kien qiegħed ixxaqleb favur ir-reliġjon Nisranija. Dan qed jingħad għaliex ir-reskritt jisħaq u jemfasiżża, b’mod ripetittiv, fuq l-obbligu tar-restituzzjoni tal-proprjeta` esproprijata lill-insara u lill-Knejjes tagħhom fil-persekuzzjonijiet ta’ qabel. Meta permezz ta’ dan l-editt, Kostantinu wkoll awtorizza li persuni ġuridiċi, (soċjetajiet/għaqdiet), setgħu minn dak il-mument il-quddiem jippossjedu proprjeta`, kien ukoll qiegħed jeffettwa qabża kbira fil-kwalita` li ġiet estiza mal-imperu kollu meta il-ġvernaturi kollha tal-imperu kienu eżortati (i) jintervjenu b’mod effettiv favur l-insara, (ii) jippubblikaw l-ordnijiet lilhom mogħtija, u (iii) jiddivulgawhom attivament ma’ kullhadd.

Għalkemm għalhekk dan l-editt jipproklama l-liberta` tal-kult u t-tolleranza reliġjuża, jikkontjeni ukoll messaġġ okkult li d-destinatarji ta’ żmienu ipperċepew immedjatament u fehmuh mill-ewwel. FiħKostantinu sottilment jistabbilixxi l-pre-eminenza tar-reliġjon Nisranija fuq ir-reliġjonijiet l-oħra. Hu biss wara li ġie stabilit dan il-primat ġerarkiku li l-editt jinkludi u jsemmi lir-reliġjonijiet l-oħra. Tali disinn strutturali jidher studjat appożitament biex ir-reċipjent jifhem dak li Kostantinu kien qiegħed jindika. Kien qiegħed jagħti wieħed x’jifhem li minn dak il-mument il-quddiem ir-reliġjoni Nisranija kellha tkun dik prevalenti fl-Imperu Ruman. Kien qiegħed jagħti wieħed x’jifhem ukoll li minn dak il-mument il-quddiem Kostantinu kien ikkonkluda alleanza ma’ l-Alla tal-Insara biex jipproteġi l-imperu in sostituzzjoni tal-allat pagani li kien qiegħed jarhom li fallew. Għalhekk kien ovvju għall-kontemporanju ta’ Kostantinu anke meta wieħed jikkonsidra wkoll l-viżjoni li dan kellu qabel il-battalja tal-Pons Milvius fit-312wk, li Kostantinu kien hawn qieg7ħd ikompli jikkommetti ruħhu ineżorabbilment favur din ir-reliġjon partikolari għaliex l-Alla tagħha kien qiegħed jippruvalu li kien Alla superjuri għal dawk pagani u rebbieh.

Kien b’hekk qiegħed jindika li b’dan l-editt kien sejjer ħafna oltre l-prinċipju ta’ tolleranza u ta’ dak preċedentement statutorjament enunċjat minn Galerju. Fil-każ speċifiku, dan kien ifisser li m’hux biss issa n-nisrani setgħa jgawdi l-kult tiegħu liberament u b’mod trasparenti imma, li minn issa l-quddiem anke l-isqfijiet insara responsabbli mid-dijoċesijiet setgħu jużaw il-massa ta’ proprjeta` li kellhom għall-finijiet tal-kult nisrani - ħaġa li qabel ma’ kienitx possibbli.

Kunklużjoni:
Bla dubju ta’ xejn l-Editt ta’ Milan kien ta’ portata epokali. Jidher ovvju li kien riżultat ta’ għażla politika preċiża u voluta ta’ Kostantinu li fehem li ma’ setgħax jeskludi aktar lill-insara mill-partċipazzjoni reali w effettiva fl-operat kollu tal-Imperu Ruman. Ir-reliġjon Nisranija għalhekk itterminat l-iżolament tagħha. Permezz ta’ dan l-editt ingħatat dawk id-drittijiet li kienu jġawdu reliġjonijiet oħra inkluż il-paganiżmu. Iżjed minn hekk, issa m’hux biss ma’ baqgħatx aktar ikkonsidrata bhala reliġjon sovversiv u f’posizzjoni ta’ illeġittimita` u ta’ illegalita`, imma setgħet issa t’opera fil-miftuħ, u bdiet serjament timminaċċja u addirittura tissupera l-posizzjoni privileġġjata li qabel kellha r-reliġjon pagana stess bħala l-uniku reliġjon tal-Istat. Fil-fatt, riżultat ta’ din l-evoluzzjoni, ir-reliġjoni pagana issa ġiet relegata għall-livell ta’ reliġjoni bħal kwalsiasi reliġjon oħra. Issa r-reliġjoni Nisranija ġiet dikjarata religio licita. Għalhekk m’hux biss akkwistat il-liberta` tal-azzjoni iżda, bdiet tistabbilixxi funzjoni partikolari fl-istess Imperu Ruman fejn minn issa l-quddiem iffertilizzat ruħha fil- humus taż-żminijiet u bdiet tiżviluppa gradwalment f’imperu Kristjan - realta` li għadha tippersegwitha sallum!

L-istess artefiċi ta’ dan l-iżvilupp jidher li kien effettwat mill-kreazzjoni tiegħu stess. Hu rilevanti jiġi innutat li fit-315wk Kostantinu innifshu irrifjuta li jippressjiedi personalment ir-riti pagani fil-festeġġjamenti tal-anniversaju tal-governatorat tiegħu[10]. Kostantinu jirriżulta li kien ukoll kostanti fid-direzzjoni li kien issa intrapprenda. Gradwalment beda jintroduċi diversi privileġġi w istituzzjonijiet oħra favur l-insara li ħallew l-effett tagħhom fuq ir-realta` soċjali u ekkleżjastika nisranija kemm komtemporanea kif ukoll, għal dawk posterjuri għalieh. Fost dawn l-intromissjonijiet tiegħu insibu (i) il-kuncett tal-immunita` ekkleżjastika li sfortunatament meta issaħħet matul iż-żmienijiet u ipprogrediet wasslet biex ikkreat klassi ta’ saċerdoti finazjarjament privileġġjati - realta` li bl-ottika kontemporanea m’għadiex tissolleċita l-avall tan-nisrani modern. Fit-316wk ingħatat l-opportunita` lis-saċerdoti insara u lill-istess kumunita` nisranija in ġenerali li jkunu jistgħu (ii) jirċievu donazzjonijiet, ereditaijiet u legati testamentarji. Fit-321wk (iii) qaddes il-ġurnata tal-Ħadd u istitwiha bħala ġurnata festiva u saħansitra (iv) stabilixxa l-ġurisdizzjoni ġudizzjarja ekklezjastika ndipendenti minn dik Statali biex b’hekk ta lill-Knisja Nisranija il-poter ġudizzjarju u lill-insara (v) l-fakulta` li jirrikorru ghall-ġudizzju anke fi qrati ta’ ġurisdizzjoni tal-isqof tad-dijoċesi.

Għandu jkun ovvju, għallanqas bl-ottika moderna, li din kienet espressjoni ta’ disinn politiku preċiż li jmur lill-hinn mill-principju tat-tolleranza. Taħt Kostantinu il-knisja Nisranja gradwalment tpoġġiet f’posizzjoni superjuri għal reliġjonijiet oħra u ġiet liha garantita posizzjoni predominanti fl-imperu, liema posizzjoni baqgħet tgawdi minna għal sekli sħaħ wara l-iżvolġiment ta’ dawn l-avvenimenti.

Jidher li Kostantinu kien jara fil-bogħod! Iż-żerriegħa tat-tolleranza reliġjuża li kien żergħa m’hux biss tagħat il-frott iżda wasslet biex tiffjorixxi u serviet ta’ eżempju għall-ġenerazzjonijiet li ssuċċedewh. Sfortunatament għall-umanita`, kien biss wara aktar minn elf u sitt mitt sena, u wara l-kalvarju devastanti ta’ żewġ gwerer mondjali, li s-soċjeta` ċivili reggħet irkuprat l-essenza tas-sinifikat riskontrat fl-editt in kwistjoni. Hu biss wara t-trapass ta’ dan iż-żmien kollu u wara it-taqlib storiku immani li jikkaratterizzah li l-umanita` reġg7~295;et skopriet mill-ġdid is-sbuħija tal-prinċipju tat-tolleranza reliġjuża illum espress tramite id-dritt tal-għażla ħielsa tal-kult u d-dritt tal-liberta` tal-kuxjenza - li fortunatament għalina, huma llum ukoll mogħnija bid-dinjita` ta’ drittijiet fundamentali.


[1] 7th April, 529.
[2] Kien ġeneralment jippresjiedi il-kawżi ta’ natura ċivili bejn ċittadini.
[3] Kien ġeneralment jiddetermina kwistjonijiet bejn dawk li ma’ kienux ċittadini.
[4] Harris. J: “Law & Empire in Late Antiquity”, Cambridge University Press, pp. 36 et sequitur.
[5] Biex jgħin, jissupplixxi jew jirriforma d-dritt ċivili għall-benefiċċju pubbliku, (għall-ġid komuni).
[6] Flavius Theodosius Junior Augustus: 408 - 450. [7] Flavius Placidius Valentinianus Augustus: 425 - 455. Dak iz-zmien ta’ eta` ta’ 5 snin! L-ezigenzi politici tal-perijodu kienu jirrikjedu li dan l-imperatur jigi restawrat fl-Imperu tal-Punent minn kuginuh Teodosju II fl-425. [8] Flavius Valerius Aurelius Constantinus Augustus: kien iben illegittimu ta’ Kostantinu Kloru imwieled Naissu madwar is-sena 274 u miet fit-337. Kien Imperatur bejn it-306 sat-337. [9] Gaius Valerius Licinianus Licinius Augustus: Twieled madwar il-263 u miet fit-325. Kien Imperatur bejn it-308 to 324. Ewsebju pero` jikkundannah bhala persekutur tal-Insara. [10] “313 l’Editto di Milamo: Da Costantino ad Ambrogio un Cmmmino di Fede e Liberta`", Centro Culturale Cattolico San Benedetto; Edizioni San Paolo, 2013.


Paniġierku - Festa Sant'Elena - 2015
Patri Mario Attard OFM Cap.

Mara ta' ħila min isibha? (Prov 31: 10)
’ê·še?- ?a·yil mî yim·?a;
Mulierem fortem quis inveniet?
A good wife who can find?
Women virtuous who can find?

Min hi l-mara ta’ Proverbji 31?

Picture of Patri Mario Attard OFM Cap.

Patri Mario Attard OFM Cap.

Hija l-mara virtuża. Il-mara eċċellenti. Hija l-mara li għandha imġieba morali kbira. Iġġib ruħha sewwa f’dak kollu li tagħmel. Din id-dinjità ta’ din il-mara ma titkejjilx bil-ħwejjeġ materjali ta’ din id-dinja bħall-ogħla ġawhar. Hija teżiżti. Imma hija diffiċli biex issibha.

Din il-mara hija kompletament fidila lejn żewġha. Tant li hu jista’ ikollu fiduċja fiha. L-għaliex hija qatt m’hu se tiddiżappuntah. Din il-mara, bħala martu, se tkun dejjem fidila lejh f’kull sitwazzjoni. Tant li lanqas ma trid tagħti l-apparenza tal-ħażen. Huwa ma jgħassishiex bl-għira. Inkella jaqfel il-ħwejjeġ prezzjużi tiegħu imsakkra ħalli ma ssibhomx bħalma kienet id-drawwa fil-qedem f’dar fejn il-fiduċja fiż-żwieġ tkun għebet. Hija turi lejaltà impekkabbli lejn żewġha. L-għaqal u l-frott ta’ xogħol idejha jissuktaw iżidu l-għana tagħha.

Din il-mara għaqlija hija fuq in-naħa ta’ żewġha. Hija ħdejh tgħinu f’kollox. L-għaxqa tagħha hi li togħġbu. Tirrispettaħ u tibnih meta jkun jħossu ‘l isfel. Ma tkissrux. Imma titfa’ fih il-fiduċja tagħha. Din il-mara hija bieżla u tgħinu jipprovdi għall-familja tiegħu. M’hijiex għażżiena. Tħobb taħdem minn qalbha. L-għaliex tħobb tgħin. Mhux ta’ b’xejn mela li għall-awtur tal-ktieb tal-Proverbji “Fuqha tistrieħ qalb żewġha, u dan żgur ikunlu ta’ ġid. Riżq tajjeb iġġiblu, u mhux ħażin, il-jiem kollha ta’ ħajjitha” (Prov 31:11-12).

Din il-mara tfittex għal xogħol fejjiedi biex taħdmu. Diġà għedna, mhijiex għażżiena. Din il-mara, kif jgħidilna l-ktieb tal-Proverbji, “tmidd idejha għall-magħżel, jaqbu d-dussies idejha” (Prov 31:19). Interessanti li x-xogħol tagħha tagħmlu hi għax “ħwejjiġha hi tagħmilhom, għażel fin u porpra ilbies (vers 22) u tinseġ drapp ta’ l-għażel u tbiegħu u tagħti t-trieħi lill-merkanti” (vers 24). Din il-mara hija misjuqa mill-prijorità li tieħu ħsieb il-familja tagħha. U dan il-fatt wassal biex tkun imbierka b’ħafna modi u manjieri. U din il-barka m’hjiex biss għaliha. Le! Il-barka tintiret. Tingħata. Għalhekk ħames tipi ta’ persuni se jgawdu mix-xogħol bieżel u għaqli ta’ jdejha. Se jgawdu: (1) Il-fqar u l-imsejknin (vers 20); (2) in-nies ta’ darha (vers 21); (3) hija nnifisha “l-għaliex ħwejjiġha hi tagħmilhom; għażel fin u porpra lbiesha” (vers 22); (4) żewġha (vers 23) “Żewġha magħruf f’bieb il-belt, meta joqgħod mal-kbarat tal-pajjiż” (vers 23); u (5) il-merkanti (vers 24) “Tinseġ drapp ta’ l-għażel u tbiegħu u tagħti trieħi lill-merkanti”.

Din il-mara speċjali, l-għaliex għaqlija, m’hijiex egoista. Hija taqsam dak li għandha ma’ dawk lanqas ixxurtjati minnha. Hija ġeneruża meta tgħin lill-foqra u l-imsejknin. Għandha qalbha kbira u ġeneruża. Mhux ta’ b’xejn li t-test tal-Proverbji ifaħħarha bl-aktar mod mill-aqwa: “Tiftaħ mal-fqir idejha, tmidd idejha lejn l-imsejken” (Prov 31:20).

Għalkemm it-test jgħidilna li li tagħmel il-favuri jista’ jkun tajjeb u li jkollok mara sabiħa biex tħares lejha hija sabiħa madankollu l-aħjar ħaġa li tista’ tagħmel hu li jkollok mara li tibża’ mill-Mulej u li żżomm il-kmandamenti tiegħu. L-affarijiet l-oħra huma żejda. It-test jgħidilna li l-vera qdusija u virtù imexxu r-rispett permanenti u l-affezzjoni, ħafna aktar mis-sbuħija tal-wiċċ u s-sura.

picture of Saint Helen

Din il-mara għandha l-għaliex tiġi mfaħħra. Mhux biss l-għaliex hija bieżla u ġeneruża. Tant li tmanti b’xogħol idejha l-familja tagħha u tgħolli fil-ġieħ lil żewġha quddiem kulħadd. Iżda l-għaliex għażlet l-aħjar. Is-salvazzjoni permezz tal-Mulej. Interessanti li l-ktieb tal-Proverbji jagħlaq fejn eżattament beda, jiġifieri b’referenza għall-biża’ tal-Mulej. Mhux ta’ b’xejn li fil-bidu tal-istess ktieb insibu hekk: “Il-biża’ tal-Mulej hu l-bidu ta’ l-għerf” (Prov 1:7). Għax “l-għerf u t-tagħlim il-boloh imaqdruhom” (Prov 1:7).

Ix-xogħlijiet ta’ din il-mara jitħaddtu għalihom infushom. Hija kisbet it-tifħir tagħha. F’dan kollu naraw li l-Mulej qed jieħu gost biha l-għaliex hija għamlet ir-Rieda tiegħu f’ħajjitha. Waqt li tirċievi l-premju materjali għaliex “ħwejjiġha hi tagħmilhom; għażel fin u porpra lbiesha” (vers 22) it-tifħir u s-suċċess li għalihom ħadmet biex igawdu minnhom il-familja u l-komunità tagħha se jkunu huma li jagħtuha t-tifħir. Ir-riżultat tal-isforzi tagħha kollha huwa l-aqwa eloġju għ:aliha.

Għiduli intom għeżież ħuti, min jiġi f’moħħkom wara li smajna dan il-kliem daqshekk sabiħ u li jinfdilna l’qalbna f’din l-għodwa daqshekk għażiża għalina l-Karkariżi? Min hi din il-mara li fuqha l-awtur sagru issaħħar meta kiteb dawn il-Proverbji mqaddsa? Min jiġi f’moħħna meta nfakkru b’imħabba u b’affezzjoni kbira l-virtujiet ta’ din il-mara tant għaqlija li, għax tassew għaqlija, kienet “tibża' mill-Mulej” (vers 30)? Mhux il-biża’ mill-babaw jew min Alla li jaħsad fejn ma żerax u jiġbor fejn ma xerridtx. Imma ta’ dak Alla li l-ktieb tal-Eżodu jgħidilna għalih “Alla li jagħder u jħenn; tqil biex jagħdab u kbir fit-tjieba u l-fedeltà” (Ez 34:6). Dak Alla li, kif insibu fil-bolla tal-Indizzjoni ghall-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena li ħareġ Papa Franġisku nhar il-11 ta’ April 2015, il-Vġili tat-II Ħadd tal-Għid jew tal-Ħniena Divina, “jiġi biex jiltaqa’ magħna?” (§ 2)? L-ewwel u l-aqwa mod ta’ kif dan Alla iltaqa’, għadu u jibqa’ jiltaqa’ magħna huwa permezz ta’ Ġesù Kristu Ibnu u Ħuna l-Kbir.

Biss dalgƋodu, f’din l-għodwa speċjali Elenjana u Karkariża, Alla l-imbierek qiegħed jiltaqa’ magħna permezz ta’ mara. Dik il-mara li, bħal mara tal-Proverbji, tant kienet tibża’ mill-Mulej. Dik il-mara li tant kemm kellha mħabba u qima kbira lejn il-Mulej Ġesù tagħha li kienet tibża’ toffendih. Is-sottomissjoni rispettuża tagħha għar-rieda tal-Missier f’ħajjitha, minkejja t-taqlib kbir li għaddiet minnu, hija għalina ta’ fara୉ Tama. Kuraġġ!

Għiduli intom għeżież ħuti, min jiġi f’moħħkom wara li smajna dan il-kliem daqshekk sabiħ u li jinfdilna l’qalbna f’din l-għodwa daqshekk għażiża għalina l-Karkariżi? Min hi din il-mara li fuqha l-awtur sagru issaħħar meta kiteb dawn il-Proverbji mqaddsa? Min jiġi f’moħħna meta nfakkru b’imħabba u b’affezzjoni kbira l-virtujiet ta’ din il-mara tant għaqlija li, għax tassew għaqlija, kienet “tibża' mill-Mulej” (vers 30)? Mhux il-biża’ mill-babaw jew min Alla li jaħsad fejn ma żerax u jiġbor fejn ma xerridtx. Imma ta’ dak Alla li l-ktieb tal-Eżodu jgħidilna għalih “Alla li jagħder u jħenn; tqil biex jagħdab u kbir fit-tjieba u l-fedeltà” (Ez 34:6). Dak Alla li, kif insibu fil-bolla tal-Indizzjoni għall-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena li ħareġ Papa Franġisku nhar il-11 ta’ April 2015, il-Vġili tat-II Ħadd tal-Għid jew tal-Ħniena Divina, “jiġi biex jiltaqa’ maghna?” (§ 2)? L-ewwel u l-aqwa mod ta’ kif dan Alla iltaqa’, għadu u jibqa’ jiltaqa’ magħna huwa permezz ta’ Ġesù Kristu Ibnu u Ħuna l-Kbir.

Biss dalgħodu, f’din l-għodwa speċjali Elenjana u Karkariża, Alla l-imbierek qiegħed jiltaqa’ magħna permezz ta’ mara. Dik il-mara li, bħal mara tal-Proverbji, tant kienet tibża’ mill-Mulej. Dik il-mara li tant kemm kellha mħabba u qima kbira lejn il-Mulej Ġesù tagħha li kienet tibża’ toffendih. Is-sottomissjoni rispettuża tagħha għar-rieda tal-Missier f’ħajjitha, minkejja t-taqlib kbir li għaddiet minnu, hija għalina ta’ faraġ. Tama. Kuraġġ!

Isimha diġà jġib tbissima u forsi wkoll demgħa f’għajnejna. Għaliex inħobbuha! Għax nafu kemm tħobbna. U din il-mara m’hija ħadd għajr l-maħbuba tagħna Sant’Elena. Elena. Li isimha jfisser dawl jiddi. Isimha diġà ġab l-ewwel fejqan fostna dalgħodu. L-għaliex fakkarna f’dak li jgħidilna Ġesù: “Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja” (Gw 8:12). Elena seħħilha tkun dak id-dawl jiddi l-għaliex ħalliet lil Ġesù ikun id-dawl ta’ ħajjitha. Ta’ mara ta’ fidi li kienet Elena semgħet u emmnet b’qalbha kollha l-istedina li għamlilna Ġesù biex tkun il-melħ tal-art u dawl tad-dinja.

Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt il-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet (Mt 5:14-16).

Tgħid Elena għexietu dan id-diskors ta’ Ġesù f’ħajjitha? L-istorja tagħha titħaddet waħedha. Elena kienet ġejja minn oriġini umli ħafna. Sa minn ċkunietha kellha saqajha għal kollox imwaħħla mal-art. L-istorja tippreżentahielna bħala lukandiera. Waħda li kienet taħdem f’lukanda. Elena kienet mara ordinarja. Sant’Ambroġ qalilna x’kienet tagħmel. Minn fejn kienet taqla x’tiekol. Sejħilha stabularia l-għaliex dak kien xogħolha. Madankollu l-għaref qaddis Ambroġ ma waqafx hawn. Huwa żied kwalità oħra, bona. Mela, din il-mara komuni, li ma kien jafha ħadd, kienet lukandiera tar-ruħ, twajba, ta’ qalb tajba. Dan juri li Ambroġ kellu ġieħ x’jiddefendi. U hekk għamel tassew. Wieħed jista’ japprezza aktar dak li kiteb Ambroġ meta jidħol fil-kultura taż-żmien li fih għexet l-għażiża padruna tagħna. Il-lukandieri fi żmien ir-Rumani ma kienux igawdu isem tajjeb. Madankollu Elena ma kinitx lukandiera bħall-oħrajn. U fejn kien il-ġieħ ta’ Elena? Ċertament f’għemilha. Din il-lukandiera kienet “ruħ tajba”, “twajba”, “ta’ qalb tajba”. Kienet it-tjubija tagħha li wasslet lil Sant’Ambroġ biex iressaq lil Elena minn kmieni lejn il-Vanġelu.

Tajjeb hawnhekk li quddiem l-ewwel kwalità ta’ Elena, it-tjubija, ħa nsaqsi bis-serjetà lili nnifsi dalgħodu f’dan it-tempju majeżtuż u mżejjen bil-ġieħ kollu għal din il-festa kbira tal-Padruna tagħna. Kemm qed tassew nuri ħniena mal-oħrajn? Jaqaw insejt x’jgħallimni l-Mulej permezz tal-Ittra lill-Efesin: “Kunu twajba ma' xulxin, ħennu għal xulxin” (Efes 4:32)? X’jiswieli dalgħodu l-ilbies sabiħ jew il-flus li għandi jekk qalbi hija żdingata mill-mibegħda u mis-sens klubi tat-tpattija?

Bust of Costanzio Cloro

Kustanzu Kloru

L-istorja tagħha tgħidilna li Elena, hekk imżejna bi kwalitajiet naturali, ġibdet l-attenzjoni ta’ Kustanzu Kloru, neputi ta’ l-Imperatur Klawdju Gotiku min-naha ta’ ommu. Kustanzu Kloru kien bniedem kapaċissimu fl-armata rumana, fil-politika, fl-istrateġija, fil-finanzi u fil-ħeffa ta’ deċizjonijiet importanti li kellu jieħu. Kloru ħadha b’martu u minħabba l-impenji militari, kellu jkun assenti mill-hajja familjari.

Għalkemm ma nafux meta Elena saret nisranija u anqas nafu kemm damet tagħġinha l-grazzja ta’ Alla qabel ma ħaddnet uffiċjalment it-twemmin nisrani madankollu nibqgħu ċerti li xi darba tgħammdet. Kristu, rebaħħha u s-salib li ġarret għal snin sħaħ matul ħajjitha ħalla frott tassew bnin għall-kristjaneĘmu, u, fuq kollox, wassalha għall-qima tal-altari.

coin with Teodora's image

Teodora

Ġara li matul il-ħajja matrimonjali tagħhom, li fiha tweldilhom tifel li ġie mogħti l-isem ta’ Kostantinu, missieru ġie assenjat l-uffiċċju ta’ Ċesare fi żmien l-Imperatur Dijoklezjanu. Dan iddeċieda li jaqsam l-imperu fil-parti tal-Punent li kienet tinkludi l-Ingilterra, Franza u parti minn Spanja u dik ta’ Lvant. Lil Kloru ġiet assenjata l-parti tal-Punent. Pero’ tpoġġietlu kundizzjoni bħala obbligu strett biex dan iseħħ, jiġifieri li Kloru jħalli lil martu Elena u jiżżewweġ lil Teodora, it-tifla ta’ l-Imperatur. Kienet deċiżjoni diffiċli u ta’ swied il-qalb għal bniedem ta’ dak il-kalibru, li kien jaf iħobb. Madankollu rebħet it-tieni għażla. Kloru ħalla bi swied il-qalb lil martu Elena u kien imġiegħel li ibnu Kostantinu jittieħed ukoll ‘l bogħod mid-dar bl-iskuża li dan ibnu jmur fil-Lvant taħt għajnejn Galerju bħala raħan ta fedelta’ ta’ missieru. L-iskuża kienet li jingħatalu taħriġ militari. Hawn feġġ is-salib ta’ Elena, mifruda minn żewġha u issa minn binha wkoll għal perijodu ta’ tlettax il-sena sħaħ!

Jiġiniex hawnhekk il-kliem qawwi ta’ Ġesù li tant jgħodd għall-maħbuba Padruna u Omm tagħna quddiem it-Tron tal-Grazzja tal-Missier: “Sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: ‘Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u ta' l-Evanġelju, isalvaha. Għax x'jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Xi prezz jista' jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu?” (Mk 8 :34-37).

Elena kompliet tbati fis-skiet. Issa kellha sfida oħra quddiema: Ulied Teodora. Elena kompliet tieħu ħsieb ulied Teodora. Hawnhekk nara jispikka f’Elena l-virtù tal-maħfra. F’soċjetà magħrufa għall-vendetta u l-vjolenza tagħha, tant li aktar tard fl-istorja, minħabba l-waqgħa tal-valuri u l-morali l-Imperu Ruman spiċċa tfarrak, dan l-għemil erojku ta’ Elena ibbrilla. Ħalla impatt kbir! Għal min ried jara d-dawl!

F’għemil Elena jiddi mill-ġdid id-dawl ta’ Kristu. Id-dwal ta’ dak li, kif jgħidilna Santu Wistin, imħabbtu għalina tfisser “il-maħfra ta’ dnubietna”. Hija din l-imħabba mimlija dawl li idawwal lil kull bniedem!

Biex napprezzaw aktar dan l-għemil sabiħ, kbir u qawwi li wettqet Elena ejjew naraw x’jgħidilna San Pawl fl-Ittra tiegħu lir-Rumani:
Troddu lil ħadd deni b'deni.Ħa jkun ħsiebkom filli tagħmlu t-tajjeb quddiem il-bnedmin kollha. Jekk jista' jkun, sakemm ikun ġej minnkom, għixu fil-paċi ma' kulħadd. Tivvendikawx ruħkom b'idejkom, għeżież tiegħi, imma ħallu l-korla ta' Alla tagħmel hi, għax hemm miktub: "Għalija l-vendetta, jiena nħallas, jgħid il-Mulej." Jekk l-għadu tiegħek bil-ġuħ, itimgħu; jekk hu bil-għatx, isqih. Jekk tagħmel hekk tkun qiegħed tiġma' ġamar jaqbad fuq rasu. Tħallix il-ħażen jirbħek, iżda irbaħ il-ħażen bit-tajjeb (Rum 12:17-21).

Tajjeb għalhekk li quddiem din it-tieni kwalità ta’ Elena, il-maħfra, ħa nsaqsi bis-serjetà lili nnifsi dalgħodu f’dan it-tempju majeżtuż u mżejjen bil-ġieħ kollu għal din il-festa kbira tal-Padruna tagħna. Kemm qed inpatti bil-ġid għad-deni li qed nirċievi bħalma għamlet Elena? Jew qed nagħti r-rabja tiegħi lill-Mulej bħalma għamlet hi u, minflok ma nsib vendetta għal min ħadli lil żewġi jew lil marti, inkella ċaħħaddni minn uliedi jiena nitlob għalihom? Inberrikom? Nagħmlilhom il-ġid? Naħfrilhom? Għaliex f’dawn il-mumenti diffiċli ma naqbadx il-kelma ta’ Alla u nħalli lil Ġesù jgħallimni kif għandi nġib ruħi? U x’jgħidli l-Mulej Ġesù li Elena kienet tant tħobb?

Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu. Agħti lil kull min jitolbok; u min jeħodlok xi ħaġa tiegħek, titlobhilux lura. Kif tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, hekk ukoll agħmlu intom lilhom. Jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jista' jkollkom? Għax il-midinbin ukoll iħobbu lil min iħobbhom. U jekk tagħmlu l-ġid lil min jagħmel il-ġid lilkom, xi ħlas jista' jkollkom? Għax dan jagħmluh saħansitra l-midinbin. U jekk tisilfu xi ħaġa lil min tistennewh iroddhielkom lura, xi ħlas jista' jkollkom? Il-midinbin ukoll jisilfu lill-midinbin, bil-ħsieb li jieħdu lura daqshekk ieħor mingħandhom. Imma intom ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid, isilfu bla ma tistennew xi ħaġa lura, u l-ħlas tagħkom ikun kbir; u tkunu wlied Alla l-Għoli, li hu tajjeb ma' l-ingrati u l-ħżiena. Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6:27-36).

Kienet tassew nifda ta’ qalb għal Elena, meta bejn il-15 ta’ Mejju u s-17 ta’ Ġunju tas-sena 326, Krispu, il-mimmi ta’ għajnejn nantu Elena, inqatel kiesahħ u biered minħabba li waħda min-nisa ta Kostantinu, Fausta, kienet qed timmaniġġa biex wieħed minn uliedha jiret it-tron ta’ missieru hu. L-omm stess, Fausta, sfat maqtula minn Kostantinu. Kienet traġedja familjari li tant niktet qalb Elena. Hekku reġa’ feġġ għal Elena, it-toqol tas-Salib.

F’dan il-mument tant iebes f’ħajjitha qed nistħajjel lil Elena mill-ġdid taħt it-toqol tas-salib. X’setgħet tagħmel din l-omm twajba u ħanina f’din iċ-ċirkustanza daqshekk diffiċli għajr li tinżel għarkubtejha, u b’għajnejha imxarrba bid-dmugħ titlob il-kelmiet sbieħ tas-Salm 131, dak is-salm li jithaddet fuq l-umiltà u l-fiduċja:
Mulej, ma tkabbritx qalbi, anqas ma ntrefgħu għajnejja; jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar, jew wara ħwejjeġ ogħla minni. Imma żammejt ruħi fis-skiet u l-mistrieħ, bħal tarbija f'ħoġor ommha; bħal tarbija miftuma, hekk hi ruħi ġewwa fija (Salm 131:1-2). Imbagħad, il-qaddisa maħbuba tagħna, nistħajjilha ittenni lilha innifisha l-vers li issokta jbiddel il-ħajja mqallba tagħha: Ittama, Elena, fil-Mulej, minn issa u għal dejjem! (Salm 131:3).

Tajjeb għalhekk li quddiem din it-tielet kwalità ta’ Elena, it-talb, ħa nsaqsi bis-serjetà lili nnifsi dalgħodu f’dan it-tempju majeżtuż u mżejjen bil-īieħ kollu għal din il-festa kbira tal-Padruna tagħna. X’qed nagħmel fil-mumenti koroħ tal-maltempati f’ħajti? Qed nirrikorri għat-talb bħalma għamlet Elena? Jew inkella qed ninġarr mar-riħ? Jekk ittradewni issa waqajt fl-istess nassa jien l-għaliex bdejt nittradixxi kif ġib u laħaq? Jekk serquni nisraq? Jew għaliex għamluli l-ħsara dan jagħtini l-permess li nagħmel il-ħsara jien? Ma nafx li t-talb ikabbarni fis-sabar? Ma nafx li bit-talb jinfaqgħu l-ħitan żonqrija tal-ħażen? Għaliex f’mumenti diffiċli ma naqbadx il-kelma ta’ Alla u nitlob Salm 91 li jgħidli:
Int li tgħix għall-kenn ta' l-Għoli, li tgħammar għad-dell ta' dak li jista' kollox, għid lill-Mulej: "Kenn tiegħi u qawwa tiegħi int, Alla tiegħi, jien fik nittama." Għax hu jeħilsek mix-xibka tan-nassab, u mill-mard tal-mewt. Bir-rix tiegħu jgħattik, u taħt ġwenħajh tistkenn, għax tarka u kurazza l-fedeltà tiegħu... Ebda deni ma jiġrilek, ebda ħsara ma tersaq lejn darek. Għax l-anġli tiegħu hu jibgħatlek, u jħarsuk fi triqatek kollha. Fuq idejhom jerfgħuk, li ma taħbatx ma' xi ġebla riġlek. Fuq l-iljun u l-lifgħa int timxi, ferħ ta' ljun u serp int tirfes. La tħabbeb miegħi, jien neħilsu; la għaraf ismi, jiena nħarsu. Hu jsejjaħli, u jiena nwieġbu; miegħu nkun fid-dwejjaq tiegħu, neħilsu u nerfagħlu ġieħu; u b'għomor twil nimlieh, nurih is-salvazzjoni tiegħi (Salm 91:1-4. 10-16).

Ninsabu fi żmien meta l-aħbarijiet kienu jiġu mgħoddija b’ħeffa, minħabba l-organizzazzjoni ta’ l-Imperu Ruman. Kostantinu, miżmum minn Galerju sar jaf bl-istat prekarju jew dgħajjef ta’ ħajjet missieru Kloru. Permess għaż-żjara tiegħu lil Kloru fil-Brittanja ġie miċħud minn Galerju. Iżda Kostantinu permezz ta’ żwiemel tant ħfief u veloċi rnexxielu jiżgiċċa ir-rifjut ta’ Galerju u telaq determinat għal għonq it-triq l-aktar twila sa ma wasal fejn missieru moribond. Kbir kien il-ferħ tagħhom meta l-missier seta’ jilmaħ il-lineamenti tiegħu, dak il-wiċċ li jiftakru bħala tfajjel u li fakkruh f’dawk tal-maħbuba Elena, martu. Kostantinu kellu x-xorti li jħoss l-aħħar nifs ta’ missieru, li qabel mewtu rrakkomandah lill-armata tiegħu, li aċċettat lil ibnu bħala suċċessur ta’ Kustanzu Kloro. Bħala l-Imperatur Awgustu. Swielu t-taħriġ li kien ħa taħt Galerju fil-Lvant. Bir-raġun kollu jissejjaħ Kostantinu l-Kbir, Il-Manju. Kemm Kloru żewġha kif ukoll Kostantinu binha, jixħtu dawl kbir fuq din il-bniedma li issa binha sejħilha fejnu u taha t-titlu ta’ Awgusta.

Elena għexet f’din il-ħajja moħbija, issofri n-niket sas-sena 306 meta Kostantinu sejħilha fejnu u taha t-titlu ta’ Imperatriċi. Binha naqqax isimha u x-xbihat tag&295;ha fuq il-muniti u ta’ l-unuri kollha li jistħoqqilha. Issa Santa Elena kellha madwar 63 sena. Elena issa nqdiet bil-pożizzjoni taghħa ta’ unur biex tagħmel il-gid. L-antifona tal-Manum Suam li kull Karkariż u Karkariża jitgħaxxqu biha kemm fil-kliem u kif ukoll bil-melodija tagħha tant joqgħodu għal Elena:
Feħtet idejha mal-fqir, meddet idejha lejn l-imsejken u l-ħobż ma kilitux ma tagħmel xejn (jigifieri fil-għażż) (Proverbju 31:20).

Elena tat sehemha biex jingħata lura lill-insara dak li kien ittieħed b’forza mill-Imperaturi Rumani, tgħin lill-foqra, teħles lill-ikkundannati innoċenti fil-ħabsijiet u fil-minjieri u ġġib lura mill-eżilju ħafna oħrajn. Ma ninsewx lanqas it-tbatijiet li għaddew minnhom l-insara fil-persekuzzjonijiet meta ħarquhom bin-nar, xegħeluhom bħal torċa fil-ġonna ta’ Neruni, sawtuhom bil-bsaten, taqbuhom bħal għarbiel bil-vleġeġ, tawhom bħala ikel lill-bħejjem feroċi, xeħtuhom fil-minjieri biex iħaffru għall-kubrit taħt id-daqqiet tal-frosta, waqt li l-insara oħra kienu jinġabru bil-moħbi fil-katakombi, qishom nemel, biex iqimu l-veru Alla. Kemm ser iddum sejra din it-traġedja??? U illum, fi żminijietna, humiex l-Insara ippersegwitati wkoll? Spiss jispiċċaw b’rashom imħanxra mill-estremisti u suġġetti għas-swat u kull xorta ta’ krudeltajiet. Iżda dawn l-Insara huma xhieda ħajjin tal-Vanġelu li dejjem wassal u jibqa’ jwassal il-ferħ ta’ Kristu Rxoxt. Dak Kristu li hu ferħ għalih innifsu u għal min jittama fih. Ġesù li kien ippersegwitat u msallab, qam u għadu ħaj magħna u jibqa’ ħaj. Għal min jemmen fih irid iqisu miexi fl-istorja tagħna fid-dinja llum bi ħsieb żgur ta’ rebħa fuq kull inkwiet li qed jinżera’ fil-qlub ta’ kulħadd. Ġesù Rxoxt hu ż-żerriegħa t-tajba fost il-ħaxix ħażin (Mt. 13, 24-30), il-ħmira li tgħolli l-għaġna (Mt. 13-33) u l-iżgħar żerriegħa li tikber f’siġra kbira (Mt. 13, 31-31). Min jagħraf dan u jgħixu jkun fir-renju ta’ Alla li qiegħed fid-dinja u jrebbaħ lil kull min jittama fih.

Issabbru għal ftit ieħor sakemm jilħaq il-għadd tiegħu in-numru tagħkom u ta’ dawk bħalkom li għad iridu jmutu kif mittu intom (Apok 6, 11).

picture of Saint Ambrose Bishop

San Ambroġ, Isqof ta' Milan

Sant’Ambroġ igħidilna li Elena tat lil binha wisq aktar milli hu rċieva minn għandha, għalhekk it-tifhir li ingħata lil Kostantinu, jixraq lilha wkoll. Ewsebju iqimha bħala mara ta’ fidi mill-aqwa. Hi għexet il-fidi tagħha bili ħaddmet il-virtujiet insara bil-kelma u bl-eżempju. Twemminha kien jingħaraf mill-egħmil tagħha. Elena kienet tissieħeb mal-poplu bi lbies komuni fil-funzjonijiet liturġiċi.

Elena fehmet li l-politika m’hija xejn għajr servizz lejn il-batut. L-imwarrab. L-imċaħħad mid-dinjità tiegħu. Infakkar ftit fid-diskors li Papa Franġisku għamel lill-Komunità tal-Ħajja Nisranija (CVX) u lill-League tal-Istudenti Missjunarji nhar it-30 ta’ April 2015 fl-okkażjoni tal-Kungress Nazzjonali Taljan taż-żewġ gruppi tal-ispirtwalità Injazjana.

“Illum nixtieq noffrilkom ftit linji gwida għall-mixja spiritwali u kommunitarja tagħkom. L-ewwel: l-impenn li ixxerrdu l-kultura tal-ġustizzja u tal-paċi. Quddiem il-kultura tal-illegalità, tal-korruzzjoni u tat-tilwin, intom imsejħa biex tiddedikaw lilkom infuskom għall-ġid komuni. Anki permezz tas-servizz tagħkom lin-nies li jidentifikaw ruħhom mal-politika. Bħalma afferma l-Beatu Pawlu VI, ‘il-politika hija l-ogħla u l-aktar forma impenjattiva ta’ karità’. Jekk l-Insara jinqatgħu mill-impenn dirett fil-politika dan ifisser li jkunu qiegħdin jiċħdu l-missjoni tagħhom ta’ lajċi. Jiġifieri dik il-missjoni li jkunu melħ tal-art u dawl fid-dinja. Anki permezz ta’ dan il-mod ta’ preżenza.”

Elena fehmet u għexet bil-qalb dak li Papa Franġisku jkellimna dwaru fl-Enċiklika li għadu kemm hareg Laudato Si’.
“Fil-qagħdiet attwali tas-soċjetà dinjija, fejn naraw tant nuqqas ta’ ugwaljanza u dejjem joktru l-persuni li qed jiġu mormija, imċaħħda mid-drittijiet umani fundamentali, il-prinċipju tal-ġid komuni jsir immedjatament, b’mod loġiku u b’konsegwenza ovvja, sejħa għas-solidarjetà u għażla preferenzjali favur l-iżjed foqra. Din l-għażla titlob minna li nagħrfu l-implikazzjonijiet tad-destinazzjoni komuni tal-ġid tal-art, imma, kif ippruvajt nuri fl-Eżortazzjoni appostolika Evangelii gaudium,[123] tesiġi li qabelxejn nikkontemplaw id-dinjità tant għolja tal-fqir fid-dawl tal-aqwa konvinzjonijiet tal-fidi. Biżżejjed inħarsu lejn ir-realtà tagħna biex nifhmu li llum din l-għażla hi esiġenza etika fundamentali biex jista’ jitwettaq b’mod effettiv il-ġid komuni” (158).

Tajjeb għalhekk li quddiem din ir-raba’ kwalità ta’ Elena, il-politika bħala qadi lejn il-batuti tas-soċjetà, ħa nsaqsi bis-serjetà lili nnifsi dalgħodu f’dan it-tempju majeżtuż u mżejjen bil-ġieħ kollu għal din il-festa kbira tal-Padruna tagħna bħala persuna impenjat u impenjata fil-politika: Hu x’inhu r-rowl tiegħi fil-politika kemm qed nagħmel tassew ħilti biex intaffi l-uġigħ ta’ dawk li jsofru l-inġustizzi?

image of Maxensius

Massenxju

Kostantinu issa kellu għadu ieħor x’jirbah ġo Ruma, jigifieri Massenzju armat b’armata aqwa minn tiegħu. Hawn fakkruh fid-dehra li lemaħ fis-sema, f’kelma waħda meta Kostantinu deherlu fl-eqqel tal-jum id-dehra tas-sinjal tas-salib bil-kliem “In hoc signo vinces” (B’dan is-sinjal inti tirbaħ). Ir-rebħa kisibha tassew meta Massenzju armat bil-guardia pretoriana safa mgħarraq fix-xmara Tevere fejn kienu mifruxa s-suldati tiegħu, wara strateġija għaqlija minn Kostantinu. Kemm hi għalqija l-Kelma ta’ Alla meta tgħidilna fis-Salm 34: Il-ħażin ħżunitu teqirdu; min jobgħod il-ġust iħallas għall-ħtija. (34:22).

picture of Emperor Licinju

L-Imperatur Licinju

Kostantinu issa safa hu il-kap ta’ l-eżerċtu. F’din iċ-ċirkustanza, Konstantinu flimkien ma Liċinju, li kien ħu l-mara tiegħu (u li kellu f’idejh il-ħarsien tal-Orjent ta’ l-Imperu Ruman) għamlu trattat ġo Milan fi Frar tas-sena 313. Skont dan l-editt kull ċittadin ruman kellu d-dritt li jagħżel reliġjon irid. Iżda l-Insara jissemmew ftit b’isimhom. Fit-tieni lok hu ried li jingħata lill-insara dak li tteħdilhom u l-Istat jobbliga ruħu li jsewwi l-ħsara li saritilhom. Ir-reliġjon Nisranija mhux biss ma baqgħetx tollerata (jigifieri li tista’ teżiżti) iżda rebħet id-dritt daqs kull xirka legali li għandha l-personalità tagħha innifsha, b’rajha f’idejha u li jista’ jkollha ħwejjiġha.

Nixtieq hawnhekk O ħuti insemmi dak li qal Papa Franġisku fid-diskors tiegħu lill-mexxejja ċivili u politiċi tal-Ġordan nhar l-24 ta’ Mejju 2014 f’Amman:
“Il-libertà reliġjuża hija, fil-fatt, dritt fundamentali. U ma nistax nonqos milli nfisser it-tama tiegħi li tibqa’ tinżamm fil-Lvant Nofsani u mad-dinja kollha. Id-dritt għall-libertà reliġjuża ‘jinkludi fuq il-livelli individwali u kollettiv il-libertà li wiehed isegwi l-kuxjenza tiegħu fil-ħwejjeġ reliġjużi u, fl-istess ħin, fil-libertà tal-qima... Jinkludi wkoll il-libertà li wieħed jagħżel ir-reliġjon li wieħed jiġġudika li hija vera u li juri t-twemmin tiegħu fil-pubbliku’” (Ecclesia in Medio Oriente, 26).

Kostantinu ta’ wkoll privileġġi oħra lill-Knisja ta’ Kristu. Liċinju kiser dan l-Editt, ippersegwita lill-Insara u spiċċa billi ġie mirbuħ minn Kostantinu fis-sena 325.

Kostantinu spiss kien jitkellem ma’ ommu Elena, jismagħha u jieħu l-pariri tagħha. Darba għalkemm imdaħħla fis-snin, urietu x-xewqa li tmur il-Palestina u żżur il-postijiet li fihom għex u bata Kristu.

Żgur li f’moħħ Elena kien qed iberren is-Salm tal-Għanja tat-Telgħat. Is-Salm li l-Pellegrini Lhud kienu jitolbu huma u sejrin lejn Gerusalemm.
Fraħt meta qaluli: "Sejrin f'dar il-Mulej!" Diġà qegħdin riġlejna fi bwiebek, Ġerusalemm! Ġerusalemm, mibnija bħal belt, magħquda ħaġa waħda. Lejha t-tribujiet jitilgħu, it-tribujiet tal-Mulej, biex, skond il-liġi ta' Iżrael, ifaħħru isem il-Mulej. Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, it-tronijiet tad-dar ta' David. Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: "Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk! Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" Minħabba ħuti u ħbiebi, ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik?" Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, nixtieq illi jkollok il-ġid. (Salm 122:1-9).

Il-virtù ta’ Elena tidher fil-ħeġġa għad-Dar tal-Mulej! Għax il-ħeġġa għal darek fnietni (Salm 69:10). Kemm niġu tassew imħeġġin fid-Dar ta’ Alla biex niċċelebraw l-Ewkaristija flimkien? Jew niġu suq ħa mmorru? Iġri l-qassis jispiċċa?

Hi kellha ħsieb ieħor ġo moħha li kien li ssib is-Salib li fuqu ssallab il-Feddej. Kollox ħejjielha binha Kostantinu u erħilha mal-wasla tagħha fil-Palestina tibni knejjes b’tifkira lil dawn il-postijiet imqaddsa.

Nistħajjilni iva nisma’ l-kliem sabiħ tal-Innu lil Santa Liena miktub minn Dwardu Żarb.

Bnejt kemm knejjes ‘l Alla l-għoli
Fejn jingħata kull tifħir;
Hawn l-Insara b’qima nġabru,
Minnhom bogħod kien it-tkasbir.
Fi xjuħitek ridt issib
L-għowda mqaddsa tas-Salib.

a picture of Bishop Makarius of Jerusalem

Isqof Makarius ta' Ġerusalem

Staqsiet u fittxet bl-għajnuna ta’ l-isqof Makarju u dlonk lemħet it-tempju lil alla Venere biex titnessa kull qima lejn postijiet hekk għżież. Ordnat it-tneħħija tat-tempju u li jsir it-tħaffir f’dak il-post. Xejn ma naqas talb minn fommha, biex tinstab l-għuda mqaddsa tas-salib. Fejn qabel saltnu x-xbihat ta’ l-ajkla rumana, dik tan-nofs qamar, inkella dik tal-pjaċiri moqżieża jew l-oħra tal-minġel u l-martell. Sa fl-aħħar dehru jiġu skavati xi għodda tal-passjoni u fl-aħħar is-slaleb li fuqhom temmew ħajjithom il-ħallelin u Kristu l-Feddej.

Ejjew inħallu ruħna f’idejn Rufinu minn Akwilejja (ċa. 345-410), li fit-test tiegħu fl-Istorja tal-Knisja li, fost it-testi ta’ Sokrat l-Iskolastiku (ċa. 380-450); Sożomenu (ċa. 450), Teodoru ta’ Ċirru (ċa. 393-wara 466); Sant’Ambroġ, Pawlinu ta’ Nola (ċa. 353-431) u Suplizju Severu (ċa. 360- ċa.430) jaħbat l-eqreb wieħed lejn l-oriġinal ta’ l-Istorja ta’ Helena, u għalhekk meqjus bħala l-eqdem wieħed. Rufinu qaleb l-istorja mill-Grieg ta’ Ġelasju għall-ħabta tas-sena 402, meta kien qed jikteb l-Istorja tal-Knisja.

Ħa nfakkru mela fil-qosor u bil-ferħ, f’erba’ biċċiet l-istorja ta’ Helena, kif ħallihielna Rufinu, jiġifieri kif qalibha mill-Grieg ta’ Ġelasju għall-Latin.

(1)Helena tmur Ġerusalemm biex tfittex is-Salib: Helena, omm Kostantinu, mara ta’ fidi straordinarja u ta’ devozzjoni profonda, barra milli kienet ta’ idejn miftuħin għall-aħħar, ġiet imnebbħa minn dehriet tas-Sema biex tmur Ġerusalemm. Hawnhekk kellha titkixxef mingħand in-nies fejn Kristu ୓ie mdendel fuq is-salib. L-imkien mhux la kemm tfittxu għax dawk li kellhom għalih kienu waqqfu fil-post statwa ta’ Venere biex l-insara li riedu jqimu hemm lil Kristu kienu jidhru bħallikieku jaduraw lil Venere. Minħabba f’hekk, dak l-imkien, l-Insara ma tantx kienu jersqu lejh għadd li ma ntesiex. Sinjal mis-sema wera fejn kien il-post. Meta Helena marret hemm u sabet ruħha fuq il-post, kif kienet imnebbħa, ġarrfet dak li kien hemm wieqaf quddiemha u li kien imniġġes. Ħaffret taħtu u niżlet ‘l isfel: sabet tlett slaleb ħdejn xulxin. Il-ferħ tas-sejba ma damx għax ma setgħux jagħżlu liema wieħed kien ta’ Kristu. Il-biċċa tavla żgħira, li fuqha Pilatu kien kiteb bil-Grieg, bil-Latin u bil-Lhudi, kienet hemm iżda ma kenitx aktar mas-salib biex tagħżlu. Mela kienu jeħtieġu sinjal ieħor mis-Sema biex jagħrfu s-salib.

(2) Kif ġie magħruf is-Salib Veru: Mela ġara li mhux bgħid kien hemm waħda mara magħrufa li kienet marida għall-mewt b’marda kerha. L-Isqof Makarju, meta ra d-dubji tas-Sultana u ta’ madwarha, qal: ‘Ġibu t-tliet slaleb li sibna u Alla jurina liema wieħed kien dak fuqu miet Kristu.’ Marru lkoll għand dik il-mara u, x’ħin waslu, qagħad għar-rkupptejh, u għolla din it-talba: ‘Mulej, inti għoġbok li bil-passjoni ta’ Ibnek il-Waħdieni fuq is-Salib tagħti s-salvazzjoni lill-bnedmin kollha, u issa, fiż-żmien li għażilt int, nebbaħt lill-qaddejja tiegħek biex tfittex kullimkien din l-għuda qaddisa li fuqha kien imdendel is-Salvatur: agħtina issa sinjal ċar biex nagħrfu liema wieħed minn dawn is-Slaleb kien dak il-glorjuż, fost dawk li kienu magħmulin biex ineħħu l-ilsiera. Agħmel li din il-mara, marida għall-mewt, tieħu saħħitha mill-ġdid malli tmissiha l-għuda tas-salvazzjoni.’ Malli temm it-talba ġieb fil-qrib wieħed mis-slaleb u ma ġara xejn. Imbagħad ġieb it-tieni wieħed u, xorta waħda ma ġara xejn. Iżda meta ressaq it-tielet wieħed il-mara fetħet għajnejha minnufih u qamet, saħħitha ġiet lura kollha f’daqqa, iktar milli kienet meta kienet tħossha tajba. Bdiet tiġri ma’ darha u tfaħħar il-qawwa tal-Mulej.

Imma x’inhu tassew is-Salib? Dak is-salib li huwa tant irrappreżentat b’mod mill-aktar qawwi fil-kwadru titulari tal-Qaddisa patruna Santa Elena, opra meraviljuża tal-artist Francesco Zahra?

Nibda’ minn dak li jgħid San Andrija ta’ Kreta fl-Għaxar omelija tiegħu dwar l-Eżaltazzjoni tas-Salib. “X’ħaġa kbira li tippossedi s-Salib! Min jippossedieħ jippossedi teżor”. Fis-Salib naraw it-twettieq ta’ dak li qal Ġesù lil Nikodemu meta dan mar ghand Ġesù billejl (Ġw 3:2). Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem (ara Ġ:w 3:16). L-Iben ta’ Alla sar daqshekk vulnerabbli, assuma l-kundizzjoni ta’ ilsir. Ubbidjenti tal-mewt. Anzi sal-mewt tas-salib (ara Fil 2:8). Bis-Salib tiegħu aħna salvati. L-istrument tat-tortura li, fil-Ġimgħa l-Kbira, wera l-ġudizzju ta’ Alla għad-dinja, sar l-għajn tal-ħajja, il-maħra, il-ħniena, is-sinjal tar-rikonċiljazzjoni u l-paċi. Mhux ta’ b’xejn li Santu Wistin fit-trattat tiegħu fuq San Ġwann jikteb hekk : Biex tkun imfejjaq mid-dnub sammar ħarstek lejn Kristu Imsallab! Meta nerfgħu ħarsitna lejn l-Imsallab aħna naduraw lilu, li ġie biex jieħu fuqu id-dnub tad-dinja biex jagħtina l-ħajja ta’ dejjem. Mhux ta’ b’xejn li l-Knisja tistedinna kburija biex ngħollu dan is-Salib glorjuż ħalli d-dinja tista’ tara safejn tasal l-imħabba tal-Imsallab għal kulħadd. Għalina l-bnedmin! Hija tistedinna biex nirringrazzjaw lill-Mulej l-għaliex mis-siġra li ġabet magħha l-mewt minnha ħarġet minnha l-ħajja. Fuq din l-għuda Ġesù jurina l-majestà sovrana tiegħu. Jirrivelalna li hu eżaltat fil-glorja. Iva, “Ejjew nadurawħ!” Fostna huwa hu li ħabbna sal-punt li ta ħajtu għalina. Hu li jistieden lil kull bniedem biex jersaq lejh b’fiduċja.

Ħuti filwaqt li nitpaxxew bl-istatwa sabiħa tagħna li l-iskultur Salvu Psaila tant ħadem b’imħabba liema bħalha ejjew niftakru l-qagħda ta’ Elena. Hija issammar ħaristha mas-Salib. Għaliex?
Biex tfakkarna:

  • (i) Li f’ħajjitna, bħalha, dejjem induru lejn Ġesù, l-uniku Salvatur tagħna.
  • (ii) Li għandna ngħożżu d-drawwa sabiħa tar-radd tas-Salib. L-għaliex is-Sinjal tas-Salib huwa s-sinteżi tal-fidi taghna.
  • (iii) Li Is-Salib jgħidilna kemm ħabbna l-Mulej. Jgħidilna li hemm imħabba f’din id-dinja li hija aqwa mill-mewt. Aqwa mid-dgħujfijiet u d-dnubiet tagħna.
  • (iv) Li l-qawwa tal-imħabba hija ferm aqwa mill-ħażen li jheddidna.
  • (v) Li huwa dan il-misteru tal-universalità tal-imħabba ta’ Alla għall-bniedem li Elena wriet lid-dinja meta sabet is-Salib.

Għax illum, fil-Festa tagħha, Elena qiegħdha tistedinna dalgħodu, flimkien ma’ dawk in-nies ta’ rieda tajba, ma’ dawk li qed isoffru f’qalbhom u f’ġisimhom, biex jgħollu għajnejhom bħalha lejn is-Salib ta’ Ġesù ħalli fih jiskopru l-għajn tal-ħajja. Is-sors tas-salvazzjoni.

Elena dalgħodu, bis-Salib ta’ Kristu miżmum sewwa f’idejha, tfakkarna fil-missjoni tagħna bħala Nsara li nuru lin-nies kollha dan il-wiċċ mimli mħabba ta’ Alla muri f’Ġesù Kristu. Elena illum, lili u lilek qed tagħmlilna mistoqsija importanti: Kemm aħna kapaċi nifmhu li fl-Imsallab tal-Golgotha, id-dinjità bħala ulied Alla, imtebba’ bid-dnub, hija mogħtija mill-ġdid lilna?

Elena illum qed tgħid lili u lilek: Ejjew ndawru l-ħarsa tagħna lejn Kristu! Huwa hu li se jagħmilna ħielsa biex nħobbu bħalma ħabbna hu. Huwa hu li se jagħmilna ħielsa biex nibnu dinja rikonċiljata. Għaliex minn dan is-Salib Ġesù ħa fuqu t-toqol tat-tbatijiet u l-inustizzji tal-umanità tagħna. Fuq dan is-Salib huwa ħa fuqu l-umiljazzjoni u d-diskriminazzjoni, it-tortura sofferta f’ħafna partijiet fid-dinja minn tant ħutna subjien u bniet fil-fidi għall-imħabba ta’ Kristu. Insemmilkom x’inhu jiġri fl-Iraq, is-Sirja, il-Pakistan, u tant pajjiżi oħra. U dan kollu l-għaliex tkun Nisrani u Nisranija.

(3) Il-bini tal-Knisja; l-imsiemer u biċċa mis-Salib jintbagħtu lil Kostantinu; is-Salib jibqa’ Ġerusalemm: Meta s-Sultana rat li xewqitha ġiet maqtugħa b’mod hekk tal-għaġeb bniet il-knisja li tixraq lis-slaten sewwasew fejn kienet sabet is-Salib. L-imsiemer ukoll, li żammew ġisem il-Mulej fuq is-Salib, bagħtet lil binha. Minn ftit (sic!) minnhom għamel ilġiem għaż-żiemel li kien jirkeb fil-gwerrer, waqt li nqeda bl-oħrajn biex isaħħaħ l-elmu li kien jilbes fil-ġlied. Biċċa mill-għudiet tal-fidwa bagħtet lil binha waqt li refgħet il-biċċiet li kien fadal ġo kaxxex tal-fidda. Dawn għadhom miftakrin u mogħtijin qima sallum.

Ommna Elena tgħallimna wkoll dwar l-importanza li nieħu ħsieb “b’kura speċjali” il-knejjes tal-ġebel fejn il-komunità Nisranija tinġabar biex tqim lil Alla. Moħħi u qalbi jmorru lejn dak li kien qal Papa Benedittu XVI fl-Angelus tal-Festa tad-Dedikazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran f’Ruma, li appuntu ġiet mibnija wara l-magħruf Editt ta’ Milan fis-sena 313.

picture of Pope Francis

Il-Papa Franċisku

Il-Papa qal: “Il-Festa tallum tiċċelebra misteru li hu dejjem rilevanti: ix-xewqa ta’ Alla biex jinbena tempju spiritwali fid-dinja, komunità li tadurah fl-ispirtu u l-verità (ara Gw 4:23-24). Imma din l-osservanza (tal-festa) tfakkarna wkoll dwar l-importanza tal-bini materjali li fih l-komunità [Nisranija] tinġabar biex tfaħħar lil Alla”. It-tempju materjali, qal il-Papa, huwa mportanti l-għaliex huwa l-espressjoni ta’ dak “il-bini spiritwali”, li hi l-komunità Nisranija. Il-Papa issokta jgħid li “s-sbuħija u l-armonija tal-knejjes, iddestinati biex ifaħħru lil Alla, jiġbdu wkoll lill-bniedem, limitat u midneb, biex jikkonverti għal dik il-forma ta’ ‘kosmos’, ta’ struttura ordinata sewwa, f’għaqda intima ma’ Ġesù, li hu l-veru Qaddis tal-qaddisin”.

Għal din ir-raġuni, l-Papa kompla, li kull komunità [Nisranija] “għandha d-dmir li tieħu ħsieb speċjali tal-bini sagri tagħha, li huma wirt prezzjuż reliġjuż u storiku”.

L-istess ħuti bħalma hija prezzjuża mill-att reliġjuż u storiku din il-Bażilika Elenjana. Ha nsemmi x-xogħolijiet tal-arti fil-Kor ta’ din il-Kolleġjata. Ħu l-erba’ kwadri li hemm fil-kor: San Ġwann Battista, San Pawl Appostlu, il-miraklu fuq l-għuda tas-Salib ta’ Kristu, u l-Konċilju ta’ Niċea, u magħhom ukoll l-istess titular tal-Knisja, Santa Liena, huma ilkoll xogħol tal-magħruf pittur Franceco Żahra, iben Pawlu, mill-Isla, u saru fl-1763. Fil-kwadru titolari naraw lil Santa Liena ma’ San Makarju iroddlu ħajr lil Alla talli rnexxielhom isibu l-għuda mqaddsa tas-Salib ta’ Kristu, li għal bosta snin kienet mirduma ġo t-terrapien taħt tempju pagan.

U jekk nagħtu titwila lejn il-vara ta’ Santa Liena li nħadmet f’Birkirkara, nru 86, Triq il-Għargħur, fid-dar hekk imsejħa “ta’ Santa Liena”. Il-vara turi sens profond reliġjuż speċjalment fil-ħarsa ta’ għajnejha lejn is-Salib ta’ Kristu. Hija proporzjonata, majestuża u mponenti. Il-paneġġi ta’ lbiesha huma varjati u sbieħ. Din l-istess vara terġa’ toħroġ ghall-purċissjoni fil-festa ta’ l-Invenzjoni tas-Salib, jew Santu Kruċ fix-xahar ta’ Mejju, iżda filgħaxija wara l-għasar.

Ix-xeni li jidhru fil-bronż tal-bankun huma dawn:

  • (a) Santa Liena ħdejn San Makarju, Isqof ta’ Ġerusalemm, issib is-Salib ta’ Kristu fuq il-Kalvarju;
  • (b) Santa Liena tqassam il-ħobż lill-foqra: simbolu tal-opri soċjali u ta’ benefiċenza tal-qaddisa;
  • (c) Il-ġnus tad-dinja, rappreżentati fil-ħames kontinenti, jagħtu qima lis-Salib;
  • (d) Santa Liena tirċievi l-kuruna tal-glorja fis-sema minn Sidna Ġesù Kristu.

Madankollu ejja niftakru li l-Knisja m’hijiex sempliċiment il-ħaġar prezzjuż imma l-poplu kollu ta’ Alla. Kelmet Papa Franġisku tgħinna nifhmuh dan. Hawnhekk ma nistax ma nsemmix il-katekeżi li l-Papa ta nhar l-Erbgha 26 ta’ Ġunju 2013. F’din il-katekeżi l-Papa tħaddet dwar il-Knisja bħala t-Tempju tal-Ispirtu s-Santu.

“Il-Knisja hi d-‘dar ta’ Alla’, il-post tal-preżenza tiegħu, fejn nistgħu nsibu lill-Mulej u niltaqgħu miegħu; il-Knisja hi t-Tempju fejn jgħammar l-Ispirtu s-Santu li jagħtiha l-ħajja, imexxiha u jżommha wieqfa. Jekk nistaqsu: Fejn nistgħu niltaqgħu ma’ Alla? Fejn nistgħu nidħlu f’komunjoni miegħU permezz ta’ Kristu? Fejn nistgħu nsibu d-dawl ta’ l-Ispirtu s-Santu li jdawwal lil ħajjitna? It-tweġiba hi: Fil-poplu ta’ Alla, fina u fostna, li aħna Knisja. Hawn niltaqgħu ma’ Ġesù, l-Ispirtu s-Santu u l-Missier... L-Appostlu Pawlu jgħidilhom hekk lill-Insara ta’ Efesu: Intom ġejtu “mibnija lkoll fuq is-sisien ta’ l-Appostli u tal-Profeti, fejn Kristu hu l-ġebla tax-xewka. Fih il-bini kollu jintrabat sewwa, jitla’ f’tempju qaddis fil-Mulej; fih, intom ukoll fl-Ispirtu, tinbnew flimkien f’dar fejn jgħammar Alla” (Efes 2:20-22). Din ħaġa tassew sabiħa! Aħna l-ġebel ħaj tad-dar ta’ Alla, magħquda profondament ma’ Kristu, li hu l-ġebla tax-xewka, u jżomm wieqfa anki lilna lkoll bejnietna. Dan xi jfisser? Ifisser li t-Tempju huwa aħna, aħna l-Knisja ħajja, it-tempju ħaj, u meta nkunu magħquda flimkien bejnietna jkun hemm ukoll l-Ispirtu s-Santu, li jgħinna biex nikbru bħala Knisja. Aħna m’aħniex iżolati, imma aħna poplu ta’ Alla: din hi l-Knisja!... Allura nixtieq li nistaqsu lilna nfusna: Kif qed ngħixu l-fatt li aħna Knisja? Aħna ġebel ħaj jew, biex ngħidu hekk, ġebliet għajjiena, imxebbgħa, indifferenti? Rajtu kemm hu ikraħ tara Nisrani għajjien, imdejjaq, indifferenti? M’hux sew li jkollna Nisrani hekk; in-Nisrani jrid ikun ħaj, ferħan li hu Nisrani; jeħtieġ jgħix dan il-ġmiel li jagħmel parti mill-poplu ta’ Alla li hu l-Knisja. Aħna qegħdin ninfetħu għall-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu biex inkunu parti attiva mill-komunitajiet tagħna, jew qed ningħalqu fina nfusna u ngħidu: ‘Għandi wisq x’nagħmel, dan m’hux xogħli’?”

(4) X’għamlet iktar Helena u tagħrif dwar l-Awgusta: “Din is-Sultana hekk devota riedet tħalli xhieda oħra hemm ta’ kemm kienet ruħ tajba: għamlet ikla u stiednet għaliha lil dawk ix-xebbiet li sabet hemm u li kienu ikkonsagrati ‘l Alla. Jingħad li ħadet ħsiebhom b’tant ħerqa li qisietha nuqqas ta’ ġieħ li kieku kellhom jieħdu ħsiebhom nisa oħra qaddejja. Bil-maqlub, kienet hi li libset ta’ qaddejja u newlitilhom l-ikel u x-xorb b’idejha stess. Sa ferrgħetilhom l-ilma fuq idejhom biex jaħsluhom. Hi li kienet kemm is-Sultana tad-dinja kollha magħrufa u omm l-Imperatur għamlet lilha innifisha qaddejja tal-qaddejja ta’ Kristu. Mela din hi tabilħaqq l-istorja ta’ dak li kien ġara f’Ġerusalemm.

Elena u l-ħajja reliġjuża, fis-Sena iddedikata lil Ħajja Reliġjuża... L-imħabba tagħha lejn il-Ikkonsagrati tal-Mulej! Żgur li ma kinitx tmaqdarhom! Elena kienet tgħożż f’qalbha dak li jgħidilna s-Salm 105: Tmissux ‘il dawk li huma kkonsagrati lili, tagħmlux deni lill-profeti tiegħi (Salm 105:15).

F’dan l-att sabiħ ta’ servizz li Elena wettqet ma’ dawn ix-xebbiet ikkonsagrati lil Alla turina l-apprezzament li ilkoll kemm aħna għandu jkollna lejn dawk li huma ikkonsagrati lil Alla. Bl-eżempju ta’ mara vera Nisranija Elena bi ħġarha tfakkarna fil-messaġġ li kiteb il-Papa Franġisku għas-Sena Iddedikata lil Ħajja Ikkonsagrata, Lejliet l-Ewwel Ħadd tal-Avvent, jiġifieri nhar id-29 ta’ Novembru 2014.

“Il-Ħajja ikkonsagrata hija don għall-Knisja. Hija mwielda fil-Knisja. Hija tikber fil-Knisja. U hija kollha kemm hi diretta għall-Knisja. Għal din ir-raġuni, preċiżament bħala don lill-Knisja l-Ħajja Ikkonsagrata m’hijiex rejaltà iżolata jew marġinata. Imma profondament parti minnha. Il-Ħajja Ikkonsagrata hija fil-qalb tal-Knisja. Element deċiżiv tal-missjoni tagħha. Daqshemm hija tfisser in-natura l-aktar profonda tas-sejħa Nisranija. U x-xewqa tal-Knisja bħala Għarusa għall-għaqda mal-Għarus waħdieni tagħha. Għalhekk, hija tappartjeni ... assolutament għall-ħajja u l-qdusija tal-Knisja” (nru 5).

U jiena x’rispett għandi għas-saċerdoti u n-nies ikkonsagrati lill-Mulej? X’ngħid meta noħroġ mill-bieb ta’ barra? Narma ngħid kontra tagħhom? Inxewwex kontriehom? Kif nista’ inwaqqagħhom għaċ-ċajt meta Elena kellha rispett kbir lejhom? Kif nista’ nibqa’ nitħaddet u nxandar l-iżbalji tagħhom ma’ kulhadd meta Elena tgħallimni biex nurihom rispett?

Tixbaħx Elena f’dan kollu lil San Franġisk t’Assisi meta fit-Testment tiegħu huwa jikteb dwar is-saċerdoti:

Imbagħad il-Mulej tani u għadu jagħtini, tant fidi fis-saċerdoti li jgħixu skond kif trid il-Knisja Mqaddsa Rumana, minħabba d-dinjità tagħhom, imqar jekk inkun ippersegwitat minnhom irrid nibqa’ ndur lejhom. U li kelli għerf daqskemm kellu Salamun, u kelli niltaqa’ ma’ saċerdoti li jġibulek ħniena f’din id-dinja, ma rridx nipprietka kontra r-rieda tagħhom fil-parroċċa tagħhom. U nixtieq nuri biża’, imħabba u ġieħ lejhom u lejn l-oħrajn daqslikieku huma sidien tiegħi. U ma rridx inqis id-dnub fihom, għax fihom nilmaħ l-Iben ta’ Alla u huma s-sidien tiegħi. U nġib ruħi hekk magħhom, għax jien, mill-istess Iben ta’ Alla l-Aktar Għoli ma nara xejn bl-għajnejn tal-ġisem f’din id-dinja, ħlief il-Ġisem u d-Demm imqaddes tiegħu, li huma jirċievu u huma biss iqassmu lill-oħrajn (Testment 6-10).

Dan il-paniġierku sar possibbli bl-għajnuna imprezzabbli tal-ħabib antik tiegħi s-Sur Andrè Azzopardi u anki tal-Kanonku Anton Mallia Borg. Grazzi Andrè u Kanonku Anton Mallia Borg li bl-għajnuna kbira tagħkom għentuni inħobb minn qalbi lil Lieni tagħna!

Qrib is-sena 328 kien wasal iż-żmien li Elena ittemm din il-ħajja, tħalli dan il-wied ta’ dmugħ li fih dejjem għarfet torbot ruħha mar-rieda ta’ Alla, biex titajjar għal għandu u tibda’ issaltan miegħu fis-sebħ bla tmiem. Mhux magħruf b’ċertezza l-post fejn mietet, għalkemm xi storiċi jsemmu Ruma. Iżda nafu li Elena kienet mibkija minn kulhadd. U ġisimha ġie midfun u mqieghed fil-Mawsoleum ta’ Via Lavicana, magħruf bħala Tor Pignattara.

picture of Pope John Paul 2

Papa Ġwanni Paulu II

Nafu li l-imperatur Kostantinu kien taha dan it-titlu: Nobilissima Femina, jiġifieri “Sinjura mill-aktar nobbli u mogħtija ġieħ”. Fi kliem San Ġwann Pawlu II, fl-Ittra tieghu lin-Nisa, nhar id-29 ta’ Ġunju 1995, fis-sensiela ta’ ringrazzjament li jagħmel lin-nisa kemm narawhom jgħoddu għalik maħbuba tagħna Elena r-ringrazzjamenti li għamel dan il-Papa kbir u qaddis.

Grazzi għażiża Elena li kont omm! Int għożżejt il-ħajja ta’ Kostantinu ġewwa fik fl-esperjenza unika tal-ferħ u tal-ħlas. Din l-esperjenza għamlitek it-tbissima ta’ Alla għat-tarbija Kostantinu. Int kont li mexxejt l-ewwel passi ta’ ibnek. Int għentu jikber. Int kont l-ankra waqt li dan it-tifel beda jikber f’ħajtu.

Grazzi Elena li int bint u mara li int oħt! Fil-qalba tal-familja u mbagħad tas-soċjetà kollha, int ġibt u kattart l-għana tas-sensittività tiegħek, tal-intwizzjoni tiegħek, tal-ġenerożità u l-fedeltà tiegħek.

Grazzi Elena li int ħdimt! Int kont preżenti u attiva f’kull qasam tal-ħajja soċjali, ekonomika, kulturali, artistika u politika ta’ żmienek. B’dan il-mod indispensabbli ikkontribwejt bil-kbir għall-kobor u t-tifrix tal-kultura li tgħaqqad ir-raġuna mas-sentiment. Għażiża Elena int ikkontribwejt għall-mudell ta’ ħajja li kien dejjem miftuħ għas-sens ta’ “misteru”. Għat-twaqqif ta’ strutturi politiċi u ekonomiċi li kienu aktar jixirqu lid-dinjità tal-bniedem.

Grazzi Elena li int ikkonsagrajt ħajtek lil Ġesù Kristu li tħobb! Grazzi li mxejt fuq l-eżempju tal-aqwa waħda fost in-nisa, l-Omm ta’ Ġesù Kristu, il-Kelma li Saret Laħam, u ftaħt lilek innifsek b’ubbidjenza u fedeltà lejn ir-rigal tal-imħabba ta’ Alla. Mis-sema int għadek tgħin il-Knisja u l-umanità biex nesperjenzaw ir-relazzjoni ta’ għerusija mal-Mulej. L-għaliex hija din it-tip ta’ mħabba li b’qawwa kbira tfisser l-għaqda mal-Mulej li jixtieq li jwaqqaf mal-ħlejjaq tiegħu.

Grazzi Elena għas-sempliċi fatt li int mara! Permezz tal-intwizzjoni tiegħek, li hija parti tant importanti mill-femminilità tiegħek, int għanejt u għadek tgħani l-fehma tad-dinja. Int għent u għadek tgħin biex ir-relazzjonijiet umani jkunu aktar onesti u awtentiċi.

Nistħajlek O Elena illum, magħna, tinżel għarkuptejk quddiem is-Salib li b’tant imħabba qiegħdha iżżomm f’idejk u titlob għalina bid-dmugħ f’għajnejk l-istess talba li Missieri San Franġisk t’Assisi kien tant jitlob quddiem is-Salib Imqaddes:

O Alla, l-aktar Għoli u Glorjuż, dawwal id-dlamijiet ta’ qalbi. U sawwab fija fidi vera, tama certa u mħabba perfetta. Agħtini, Mulej, li nħoss u nagħraf lilek biex nagħmel ir-rieda vera u mqaddsa tiegħek.

Ilum ja Sultana u Padruna tagħna, itlob mis-sema għalina. Berikna. Aħna wliedek. Bierek lill-kleru prepositali u kanonikali ta’ din il-parroċċa. Bierek lill-persuni ikkonsagrati li ħarġu minn din il-parroċċa. Itlob biex aktar żgħażagħ u anqas żgħażagħ jimxu wara l-Mulej fis-saċerdozju mqaddes u fil-Ħajja Ikkonsagrata lill-Mulej. Bierek ghażiża ommna l-familji tagħna. Itlob għalina ħalli qatt ma nabbundaw jew nittradixxu lis-Salib ta’ Ġesù Kristu li int tant ħabbejt. Kun int li b’talbek għalina quddiem it-Tron tal-Ħaruf, Ġesù Kristu Sidna, li b’talbek tgħinna nibqgħu nagħżlu lilu u t-tagħlim tiegħu f’ħajjitna. Kun preżenti magħna waqt l-aħħar nifsijiet tagħna f’din il-ħajja ħalli nidħlu fis-sema u ngawdu l-Mulej, l-għażiża Ommu Marija u lilek għal dejjem!

picture of Dun Karm PailaDun Karm Psiala - Poeta Nazzjonali

Bil-kliem sabiħ tal-Innu ta' Mons Karm Psaila:

  • Għaġeb kbir O Santa Liena
    Kien ir-risq li int ġibt
    Meta mort fuq il-Kalvarju
    U s-Salib ta’ Kristu sibt

  • Kien id-dawl tal-Ħniena t’Alla
    Illi nebbħek kif iġġib
    Sliem u saħħa lill-imperu
    Minn dik l-għuda tas-Salib.

  • Issa dak li biex jifdina,
    Fuq dik l-għuda bata u miet,
    Tellgħek tiddi bħala kewkba
    Ta’ saltnatu fis-smewwiet.

  • Insellmulek ja Sultana,
    Inti ġieħ tal-Knisja tagħna
    Xempju ħaj tal-ommijiet.

Fidi mingħajr għemil hija mejta...

  • (1)Virtujiet: il-Ħniena - Kemm qed tassew nuri ħniena mal-oħrajn?

  • (2) Virtujiet: il-maħfra - Tajjeb għalhekk li quddiem din it-tieni kwalità ta’ Elena, il-maħfra, ħa nsaqsi bis-serjetà lili nnifsi dalgħodu f’dan it-tempju majeżtuż u mżejjen bil-ġieħ kollu għal din il-festa kbira tal-Padruna taghna.

  • (3) It-talb - Tajjeb għalhekk li quddiem din it-tielet kwalità ta’ Elena, it-talb, ħa nsaqsi bis-serjetà lili nnifsi dalgħodu f’dan it-tempju majeżtuż u mżejjen bil-ġieħ kollu għal din il-festa kbira tal-Padruna tagħna. X’qed nagħmel fil-mumenti koroħ tal-maltemp f’ħajti? Qed nirrikorri għat-talb bħalma għamlet Elena?

  • (4) Il-politika bħala servizz lejn il-batut - Tajjeb għalhekk li quddiem din ir-raba’ kwalità ta’ Elena, il-politika bħala qadi lejn il-batuti tas-soċjetà, ħa nsaqsi bis-serjetà lili nnifsi dalgħodu f’dan it-tempju majeżtuż u mżejjen bil-ġieħ kollu għal din il-festa kbira tal-Padruna tagħna bħala persuna impenjat u impenjata fil-politika: Hu x’inhu r-rowl tiegħi fil-politika kemm qed nagħmel tassew ħilti biex intaffi l-uġigħ ta’ dawk li jsofru l-inġustizzi?

Being developed