nativity scene


Xi Links Importanti

Riflessjoni fuq
Xi Aspetti Liturġiġi.


Artikoli f'din il-Faċċata:
  • 1. Papa Franġisku u l-Quiddies
  • 2. ___Magħmudija.
  • 3. ______Quddiesa.
  • 4. ______Missierna.


Il-Papa Franġisku Jistaqsi:
Għaliex immorru l-Quddies il-Ħadd?

Sillta mill-katekeżi tal-Papa Franġisku waqt l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 13 ta' Diċembru 2017.

Pope Francis in audience

Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija tal-Ħadd hi fil-qalba tal-ħajja tal-Knisja. Aħna l-Insara mmorru l-Quddies il-Ħadd biex niltaqgħu ma Kristu Rxoxt, jew aħjar, biex inħallu lilu jiġi jiltaqa' magħna, nisimgħu kelmtu, insostnu ruħna mill-mejda tiegħu, u hekk insiru Knisja, jiġifieri l-ġisem mistiku ħaj tiegħu fid-dinja.

Dan sa mill-bidu fehmuh id-dixxipli ta' Ġesu', li ċċe;ebraw il-laqgħa Ewkaristika mal-Mulej fl-ewwel tal-ġimgħa għax f'dak il-jum Ġesu' qam minn bejn l-imwiet u deher lid-dixxipli, tkellem magħhom, tahom l-Ispirtu Santu. Anki meta l-Ispirtu niżel b'qawwa fuqhom f'Pentkoste, dan seħħ il-Ħadd. Għalhekk il-Ħadd hu jum qaddis għalina, imqaddes miċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika, preżenza ħajja tal-Mulej fostna u għalina. Mela hi l-Quddiesa li tagħmel il-Ħadd nisrani! il-Ħadd nisrani jdur madwar il-Quddiesa. X'Ħadd ikun għan-nisrani, dak li fih tibqa' niesqsa l-laqgħa mal-Mulej?

Xi soċjetajiet sekularizzati warbu fil-ġenb is-sens Nisrani tal-Ħadd imdawwal mill-Ewkaistija. Xi dnub dan! F'dawn il-kuntesti hu meħtieġ inqajmu mill-ġdid dan l-għarfien, biex nirkupraw it-tifsira ta' din il-festa, it-tifsira tal-ferħ, tal-komunita' parrokkjali, tas-solidarjeta', tal-mistraieħ li jġedded il-ġisem u r-ruħ. Il-Konċilju Vatikan II kkonferma li l-Ħadd għandu jkun jum ta' ferħ u ta' mistrieħ mix-xogħol. Din hi ħaġa speċifika li ġab miegħu l-Kristjaneżmu li għamel mill-jum tal-Ħadd kważi universalment jum il-mistrieħ.

Mingħajr Kristu aħna kkundannati li nibqgħu maħkuma mill-għeja tal-ħajja ta' kuljum, mit-tħassib tagħna, u mill-biża' mill-ġejjieni. Il-laqgħa mal-Mulej f'jum il-Ħadd tagħtina l-qawwa li ngħixu l-ġurnata b'fiduċja u kuraġġ u biex nibqgħu mexjin bit-tama f'qalbna. Għalhekk aħna l-Insara mmorru niltagħu mal-Mulej nhar ta Ħadd, fiċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika.

people entering church

Il-Komunjoni Ewkarisatika ma Ġesu', Rxoxt u Ħaj għal dejjem, tantiċipa dak il-Ħadd li fuqu x-xemx ma tinżel qatt, meta mhux sa jkub hemm iżjed taħbit, lanqas luttu, u lanqas dmugħ, imma bis il-ferħ li ngħixu b'mod sħiħ u għal dejjem mal-Mulej.

Hemm min jgħidilna m'hemmx bżonn tmur il-Quddies, lanqas il-Ħadd, għax l-importanti hu li tgħix tajjeb u thobb il-proxxmu. Hu minnu li l-kwalita' tal-ħajja Nisranija titkejjel skont il-ħila li wieħed iħobb, kif qal Ġesu', imma kif nistagħu ngħixu l-Vanġelu mingħajr ma nixorbu l-enerġijameħtieġa biex nagħmlu dan, Ħadd wara l-ieħor, mill-għajn ma taqta' qatt tal-Ewkaristija? Aħna ma mmorrux il-Quddies biex nagħtu xi ħaġa lil Alla, imma biex nirċievu mingħandu dak li għanda bżonn tabilħaqq. U għalhekk, għaliex għandna mmorru l-Quddiesa l-Ħadd? Mhux biżżejjed twieġeb li dan hu preċett tal-Knisja; dan jgħina nżommu sħiħ il-valur tagħna, imma waħdu mhux biżżejed. Aħna l-Insara għandna bżonn li nieħdu sehem fil-Quddiesa tal-Ħadd għax hu biss bil-grazzja ta' Ġesu', bil-preżenza ħajja tiegħu fina u fostna, li nistgħu nqiegħdu fil-prattika l-kmmandament tiegħu, u hekk insiru xhieda kredibbli tiegħu.

IS-SIMBOLI FIS-SAGRAMENT
TAL-MAGĦMUDIJA.

Meta jirċievi s-sagrament tal-Magħmudija, in-nisrani jibda l-mixja tiegħu wara Kristu, b’riżultat tal-grazzja li Kristu qalagħna bil-mewt u l-qawmien tiegħu mill-imwiet. Bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, l-imgħammed jidħol f’għaqda mal-komunità Nisranija fil-Knisja, li tagħha Kristu huwa r-Ras. Huwa jissieħeb fil-mewt ta’ Kristu, jindifen miegħu biex miegħu jirxoxta ghall-ħajja ta’ dejjem.


Il-ħames simboli tas-Sagrament tal-magħmudija.

  • 1. L-Ilma tal-Magħmudija jiġi mbierek kull sena b’talb solenni f’Sibt il-Għid. L-ilma jista’ jgħarraq u jġib il-mewt iżda l-ilma tal-Magħmudija jagħti l-ħajja, inaddaf u jsaħħhah ir-ruħ.
  • 2. Hemm żewżt iżjut imqaddsa u żewġ dilkiet fis-Sagrament tal-Magħmudija. Iż-żewġt iżjut jiġu kkonsagrati kull sena mill-Isqof nhar Ħamis ix-Xirka filgħodu. Iż-żlejt jagħti s-saħa u jfejjaq.
  • L-ewwel dilka tkun biż-żejt tal-griżma. Dan huwa żejt imħallat bil-balzmu. Jfisser li t-tarbija ġiet kkonsagrata mill-Ispirtu s-Santu u ngħaqdet għal dejjem ma’ Kristu.
  • 3. Is-saċerdot ilibbes lit-tarbija bil-libsa l-bajda. Tfisser li t-tarbija bdiet tieħu sehem mill-ħajja ta’ Kristu Rxoxt.
  • 4. Ix-xemgħa mixgħula mill-Blandun: il-Blandun huwa simbolu ta’ Kristu Rxoxt. B’hekk it-tarbija bdiet tieħu l-ħajja ta’ Kristu Rxoxt.
  • 5. L-Effetah: Is-saċerdot imiss b’sebgħu widnejn u fomm it-tarbija, bħalma Ġesù għamel mat-trux u mutu tal-Evanġelju.
  • Maħruġa mill-Kummissjoni Liturġika - Parroċċa Sant'Elena


Il-LITURĠIJA fil-QUDDIESA.

Il-Kunċilju Vatikan II ried li l-Knisja tgħin ħafna l-fidili, inkluż it-tfal, jitwasslu għal sehem sħiħ, ħaj u li jinftiehem fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, speċjalment fil-Quddiesa. Il-ġesti, is-simboli u l-kant huma importanti daqs il-liturġija tal-kelma u dawn flimkien iwasslu għal sehem aktar attiv fil-liturġija.

Il-liturġija hija l-għajn u l-quċċata tal-ħajja tal-Knisja u l-Quddiesa hija ħidma ta' Kristu u tal-Poplu t'Alla miġbur b'qalb waħda u b'moħħ wieħed.

X'inhuma u x'ifissru l-ġesti u s-simboli liturġiċi?

  • Meta nidħlu fil-Knisja u nagħmlu fuq ġbina is-sinjal tas-salib bl-ilma mbierek, dan ifakkarna filmagħmudija tagħna.
  • Hekk ukoll it-tberik bl-ilma mbierek li ġieli jsir flok ir-rit penitenzjali, huwa xbieha tar-ruħ li titnaddaf mid-dnub.
  • Id-dħaħen tal-inċens huma xbieha tat-talb tagħna tiela' il fuq lejn Alla.
  • Meta ninżlu għarrkobbtejna nkunu nagħtu xhieda taċ-ċokon tagħna quddiem Alla,
  • Meta nqumu bil-wieqfa nkun nfissru l-ġieħ li nagħtu 'l Alla li jista kollox.
  • Meta nħabbtu sidirna nkunu nistqarru d-dnubiet tagħna.
  • Meta nagħtu l-paċi lil xulxin, ikun sinjal veru ta' maħfra, ta' mogħdrija, ta' mħabba u ta' ħerqa lejn xulxin.

Il-kant huwa talb; jħaqqad komunita' sħiħa f'vuci waħda flimkien biex nagħtu qima 'l Alla. Ma nibqgħux passivi iżda nipparteċipaw fil-kant kollu tul il-Quddiesa.

Importanti li nitgħllmu aħjar is-siwi ta' dawn is-simboli u l-ġesti biex nifhmu x'qegħdin nagħmlu.

Jekk nitilfu t-tifsira tagħhom isiru ħwejjeġ vojta u ta' rutina.

Maħruġa mill-Kummissjoni Liturġika - Parroċċa Sant'Elena


Qed Tgħix it-Talba tal-Missierna?

  • Ma nistax ngħid “Missierna”, jekk fil-fidi tiegħi m’hemmx post għall-oħrajn u l-bżonnijiet tagħhom u ma nurix fil-prattika li jien ibnu jew bintu.

  • Ma nistax ngħid “li inti fis-smewwiet”, jekk moħħni biss fil-ħwejjeġ u l-kumditajiet tad-dinja.

  • Ma nistax ngħid “jitqaddes ismek”, jekk jien li qed inġorr ismu ma nkunx qed nipprova nkun qaddis.

  • Ma nistax ngħid “tigi saltnatek”, jekk ma naċċettax li mhux jien se nikkmanda u niddeċiedi, imma l-ġustizzja u l-imħabba ta’ Alla.

  • Ma nistax ngħid “ikun li trid int”, jekk m’iniex lest li nwettaq dak li jixtieq u jrid Alla minni.

  • Ma nistax ngħid “hekk fis-sema u hekkda fl-art”, jekk ma nħallihx li, permezz tiegħi, ibiddel imqar biċċa minn din l-art f’ġenna tal-paċi.

  • Ma nistax ngħid “ħobżna ta’ kuljum agħtina llum”, jekk mhux qed naqla’ ħobżna ta’ kuljum bix-xogħol onest li nagħmel u jekk ma niftaħx qalbi u bwieti għal ħija u oħti bil-ġuħ maġenbi.

  • Ma nistax ngħid “aħfrilna dnubietna”, jekk ma nammettihomx u ma jiddispjċinix li bihom weġġajt Lilu u lil ħuti.

  • Ma nistax ngħid “bħalma naħfru lil min hu ħati għalina”, jekk inżomm f’qalbi għal min weġġa’ lili u nħalli r-rabja twebbisli qalbi lejhom.

  • Ma nistax ngħid “iddaħħalniex fit-tiġrib”, jekk nidħol fit-tiġrib b’saqqajja stess u ma nitbiegħedx b’rieda sħiħa mill-ħażin li jiġbidni u jissodisfa l-passjonijiet tiegħi.

  • Ma nistax ngħid “eħlisna minn kull deni”, jekk naħseb li se negħleb il-ħażen bil-forzi tiegħi biss u mhux bil-qawwa tat-talb u tal-ispirtu tiegħu.

  • Ma nistax ngħid “Ammen”, jekk ma nerħix ruħi għal kollox f’idejn il-Missier tal-ħniena li ħalaqni u jħobbni b’imħabba tal-ġ:enn.

Mibgħut minn Noel Enriquez

Being developed