nativity scene

Xi Links Importanti


St Irenauus

San Irenew


Origen

Oriġene


San Klement ta' Lixandra

San Klement ta' Lixandra


San Ġrolmu

San Ġrolmu


Kitbiet fuq il-Kotba Mqaddsa.

  • 1. Tgħarif fuq
    l-Atti ta' l-Appostli.

L-Atti ta' l-Appostli.

Il-Knisja sa mill-bidu nett dejjem żammet li l-kittieb tat-tielet evanġelju hu l-awtur ta' l-Atti ta' l-Appostli, sieħeb Pawlu u ħabib tal-qalb tiegħu, "it-tabib l-għażiż". Kemm Irinew, kif ukoll Oriġene, Klement ta' Lixandra, Ġirolmu u oħrajn isostnu li Luqa lhu l-awtur tat-tielet evanġeju u l-Atti. Fil-wisq probabbilta dan il-ktieb inkiteb bejn is-snin 80-90wk immela bejn wieħed u ieħor għaxar snin wara l-evanġelju. Fejn inkiteb ma nafux għalkemm xi whud isostnu li dan inkiteb jew fl-Italja jew fil-Greċja.

Fil-bidu tal-ktieb ta' l-Atti Luqa jgħidilna li fl-ewwel rakkont tiegħu, immela l-evanġelju, tkellem minn dak kollu li għamel Ġesu'. Issa permezz tat-tieni rakkont tiegħu Luqa ser jagħtina tagħrif dwar dak kollu li għamlu u għallmu l-Appostli b'mod partikulari l-ħidma ta' Pietru fost il-Lhud u dik ta' Pawlu fost il-pagani. B'dan il-mod Luqa jagħtina stampa aktar mifruxa ta' l-ewwel knisja u ta' l-ewwel snin tal-fidi nisranija. Tant hu hekk li Luqa jiftaħ il-ktieb ta' l-Atti preċiżament fejn jagħlaq il-vanġelu. Il-vanġelu jgħalqu bil-missjoni li Ġesu jagħti lid-dixxipli (dik li jmorru jħalmu lil bnedmin kollha ) u tlugħ is-sema ta' Ġesu'. L-Atti jiftaħ b'Ġesu' jibgħat lit-tnax jgħallmu lil bnedmin kollha, it-tlugħ ta' Ġesu' u l-wiegħda ta' Ġesu' lil Appostli ta' l-Ispirtu Santu. Din il-missjoni li Ġesu jafda f'idejn l-Appostli kellhom iawettquha bil-qawwa ta' l-Ispirtu Santu u għalhekk naraw kif l-Atti ta' l-Appostli jsiru l-Atti ta' l-Ispirtu Santu wkoll.

Ninnutaw li Luqa l-ktieb ta' l-Atti kitbu bil-grieg koine, mela bil-grieg komuni, u mhux bil-grieg klassiku, u dan għamlu biex il-ktieb ikun miftiehem aktar u għalhekk jilħaq aktar nies. Kemm il-vanġelu kif ukoll l-Atti Luqa jiddedikhom lil Teofilu. teofilu setgħa kien persunagg storiku, mela persuna li eżista tassew, b'danakollu ħsfna jsostnu li b'Teofilu Luqa qed jifhem dawk kollha li jemmnu u jħaddnu lil Ġesu' bħala Mulej. Dawk kollha li jgħarfu lil Ġesu' huwa Mulej jirtu d-dritt li jkunu wlied Alla u l-isem Teofilu jfisser preċiżament dan - l-iben ta' Alla. Immela Luqa jiddedika ż-żewġ kotba tiegħu lil daawk kollha li jemmnu f'Ġesu', immela lilek u lili.

Luqa hu metakoluż ħafna meta jiġi biex jikteb tant li hu stess jgħidilna li kiteb wara li fittex bir-reqqa t-tagħrif, lhiema tagħrif Luqa akkwistah min nies li aktarx kienu jafu lil Ġesu' u għixu fl-istess żmien ta' Ġesu' u l-appostli. Ngħidu aħna , Luqa żgur li ltaqa ma Pietru, Luqa ltaqa ma' Filippu f'Ĉesarija u żgur li ltaqa ma Marku li bħalu kien jakkumpanja lil Pawlu. Luqa, immela, kemm fir-rigward tal-vanġelu kif ukoll għal l-ewwel ħmistax il-kapitlu ta' l-Atti, l-informazzjoni ġabara min diversi sorsi li hu setgħa joqgħod fuqhom, iżda Luqa għiux l-Atti minn kapitlu sittax il-quddiem u għalllura l-informazzjoni li jagħtina f'din il-parti ta' l-Atti hi mill-esperjenza persunali tiegħu. Luqa ltaqa ma Pawlu fi troas, il-Greċja, f'kapitlu sittax. Ninnutaw kif Luqa hawnekk jibdel il-pronom li juża biex jikteb. Fejn qabel kien jikteb "huma" issa jibda jikteb "aħna" u għallura b'dan jkuri li Luqa kien preżenti. Għalekk meta niġu għar rakkont tal-mawra ta' Pawlu f-Malta, Luqa qed jikteb mill-esperjenza personali tiegħu. Luqa kien Malta ma' Pawlu.

B'mod ġenerali l-ktieb ta' l-Atti maqsum fi tnejn - l-ewwel parti titratta l-ħidma ta' Pietru fost il-Lhud u t-tieni parti dik ta' Pawlu fost il-pagani. B'danakollu b'mod kemxejn aktar dettaljat il-ktieb ta' l-Atti naqsmuħ f'erbgħa.

  • 1. L-introduzzjoni, fejn Ġesu' jwiegħed l-Ispirtu Santu lil Apposti, jibgħat lill-appostli jgħallmu lil ġnus, it-tlugħ fis-sema ta' Ġesu' u restawrazzjoni tat-tnax il-appostlu bl-għażla ta' Mattija flok Guda. Hekk kollox imħejja għall-inżul ta' l-Ispirtu Santu fuq l-appostli.

  • 2. Il-missjoni tal-knisja f'Ġerusalem li tiskatta bl-inżul ta' l-Ispirtu Santu fuq l-appostliu d-dixxxipli. Għalhekk għandna t-tweelis tal-knisja, l-ewwel ħidma tal-knisja fost il-Lhud u anke l-ewwelm perskuzzjoni.

  • 3. Il-mixja tal-knisja lil hinn minn Ġerusalemm, fejn għandna il-predikazzjoni ta' Filippu, Pietru għ Kornelju, il-konverzjoni ta' Pawlu f'Damasku kif ukoll l-ewwel vkaġġ ta' Pawlu u Barnaba u l-konċilju ta' Ġerusalemm.

  • 4. Il-mixja ta' Pawlu lejn Ruma, bit-tieni u t-tielet vjaġġi misjunarji. F'din il-parti ndibu r-rakkont tan-nafraġju ta' Pawlu fi gziritna.

Ninnutaw li kemm il-vanġelu kif ukoll l-Atti huma mibnija fuq sistema ta' vjaġġi. Fil-vanġelu ghandna lil Ġesu' li jitlaq mill-Galileja sakemm jasal Ġerusalemm fejn imut u jqum. Minn hawnhekk tiskatta l-istorja tas-salvazzjoni. Fl-Atti għandna l-mixja tal-Knisja li titlaq minn Ġerusalem sa kemm tasal Ruma, ċentru tad-dinja ta' dak iż-żmien. B'dan il-mod Luqa juri kif l-appostli, bil-qawwa ta' l-Ispirtu Santu, kienu fidili lejn il-missjoni li fdalhom Ġesu' - dik li jwasslu l-aħbar it-tajba lil bnedmin kollha.

Aktar minn sempliċi storja Luqa jrid iwassal messaġġ teoloġiku u duttrinali u għallura jagħtina bħal speċi ta' gwida għall-ħajja tal-Knisja f'kull żmien. Għalekk Luqa jrid jurina:

  • 1. Il-qawwa tal-kelma - evanġelizzazzjoni. Il-Knisja tikber permezz tal-kelma. Il-Knisja għadha tevanġelizza sa llum.
  • 2. Il-kerygma ċentrali hi "Ġesu' l-Mulej l-Iben ta; Alla" Ġesu' hu Kyrios.
  • 3. Il-profeziji ta' l-Antik Testment jiġu mwettqa f'Ġesu' u dan fid-dawl ta'l-Ispirtu Santu.
  • 4. Il-ġerarkija fil-knisja - l-appostli jgħallmu u djakni jservu.
  • 5. Il-primat ta' Pietru li jingħata mportanza kbira minn Luqa. Il-primat ta' Pietru jiġi ssiġillat mata dak innhar ta' Pentekoste Pietru jieħu r-rwol ta' mexxej u jindirizza l-folla miġbura.
  • 6. Kollox bil-qawwa ta' l-Ispirtu Santu. Il-Knisja titwieled, tikber, tissaħħaħ u tinfirex bil-qawwa ta' l-Ispirtu Santu.

Il-forma letterarji li juża Luqa hi dik ta' kitba storika - immela rakkont fattawli, storja li tinbena madwar diskorsi twal minn Pietru, Stiefnu u Pawluy, diskorsi li jujru dak li kienlu jemmnu l-ewwel insara. F'dawn id-diskorsi għandna l-kerygma, immela l-fidi u d-didache, id-duttrina ta' l-ewwel Knisja fejn it-temi ptinċpali huma:

  • 1. Is-salvazzjoni ta' Kristu.
  • 2. Ġesu' l-Messija, bin David, l-Iben ta' Alla. Ġesu' l-Mulej - Kyrios.
  • 3. L-Atti ta' l-appostli fuq kollox huma l-Atti ta' l-Ispirtu Santu fejn l-Ispirtu Santu jidher persuna distinta mill-Missier u mill-Iben.
  • 4. Is-sagramenti. L-iżviolupp fil-liturġja ta' l-ewwel sagramenti - Il-magħmudija, l-ewkaristija u l-konfermazzjoni.

Charles Debono

Saint Luke

San Luqa


Saint Paul

San Pawl


Saint Pietru

San Pietru


Saint Barnaba

San San Barnaba


Pentecost

Pentekoste


Saint Paul in Malta

Il Grotta ta' San Pawl