nativity scene


Xi Links Importanti

Bliet Imsemmija fil-Bibja.


Tagħrif fuq xi Bliet jew Postijiet imsemmija fil-Bibja
Meħudin mil-Ktieb "Sacred Places of the Bible
Maqlubin għal Malti min Mario Lombardi.



Sodoma u Gamorra



Aħna smajna bil-bliet ta’ Sodoma u Gomorra. Imma x’kienet ir-ra#289;uni li #289;ew ikkastigati b’xita ta’ nar u kubrit, forsi ma nafux. Fil-#288;en 19:24, Insibu li kien l-omosesswalità id-dnub prinċipali. Imma mhux biss. F’Eżekiel Kap 16:49-50, insibu li kienu nies arroganti, jieklu żżejjed u ma jimpurtahomx mill-fqar. Kienu magħrufin sewwa fost il-bliet tal-madwar fil-wied tal Ġordan. Bliet oħra kienu Soghar, Admah u żaboiin. Il-Bliet tal-wita (kif inhuma magħrufin), qatt ma kienu illokalizzati definittivament, iżda skont l-istudjużi, iż-żewġ t’ibliet kienu viġin il-Baħar il-Mejjet, imsejjaħ hekk għax ma tgħix fih l-ebda ħuta jew kreatura oħra ħlief Bakteria u parassiti. Dan il-baħar huwa magħluq. L-ilma jidħol fih imm m’għandux minn fejn joħroġ u iżomm il-livell tiegħu b’għadd kbir ta’ evaporazzjoni, li hi l-kawża tas-salinità tiegħu. Dan ġie ikkonfermat minn W. F Albright, li jgħid li sejbiet li nstabu fil-Bahar il-Mejjet ġie stabbilit li l-bliet tal-Wita, ġew miblugħa mill-Baħar il-Mejjet. Din it-teorija ġiet ikkonfermata minn Ralph E. Barney li sab siġra ġgħira fil-qiegħ tal-Baħar il- Mejjet. Fin-nofsinhar ta’ dik li llum insejħulha Syria. Minkejja il-fama ħażina li kellhom dawn l-ibliet, Lot iddeċieda li joqgħod hemm, (Gen 13: 12-13) fil-waqt li Abraham ħa in-naħa l-oħra. Alla irrivela lil Abraham il-pjan tiegħu li jeqred lil Sodoma u Gomorra, imma Abraham talbu bil-ħniena biex jekk isib għaxra min-nies tajbin ma jeqridhomx minħabba fihom. Imma għaxra min-nies ma sabx (Gen 18: 16-33), għalhekk Alla bagħad żewġ Anġli għand Lot biex iwissih bil-plan Tiegħu u jagħti lil Lot u l-familja iż-żmien biex iħalli dawk l-ibliet u jmorru ġo Soghar. Alla tahom tlett kmandi: Iġru ‘l barra biex issalvaw ħajjitkom, tħarsux lura u tiefqux fil-wied, iżda iġru sa l-għoljiet fejn ma jkunx hemm periklu (Gen 19:17).

Il-fama ħażina ta’ Sodoma u Gomorra baqgħet tissemma fiż-żmien. Mosè wissa lil Lhud bil-konsegwenzi li jekk jiksru il-patt ma’ Alla, Alla jibgħat mard u ħsarat u ma jkunx hemm ħajja bħall- art ta’ Sodoma u Gomorra u Admah u Żebuiin wara li Alla għadab u qeridhom. (Dewt: 29: 22-23).

Ġesù ukoll wissa lil Lhud li ma’ jilqgħux lil Appostli u qalilhom: “Ngħidlkom is-sewwa, li jkun eħfef għal Sodoma u Gomorra fil-jum tal-ħaqq milli għal dik il-belt. (Matt 10:15)

Sodoma u Gomorra fil- Bibbja. (Gen 19: 23-29)

U x-xemx kienet tielgħa fuq l-art meta Lot wasal Sogħar. U l-Mulej bagħat ix-xita fuq Sodoma u Gomorra, xita ta’ kubrit u n-nar mis-smewwiet mingħand il-Mulej, U qered dawk l-iblet u l-inħawi kollha ta’ mawarhom, u ‘l kull min kien jgħammar fihom, u l-ħdura kollha ta’ l-art. U l-mara ta’ Lot ħarset lura, minn warajh, u saret plier tal-melħ:.

U Abraham qam filgħodu kmieni u rħielha lejn il-post fejn kien qagħad quddiem il-Mulej. U ħares lejn Sodoma u Gomorra, u fuq l-art kollha ta’ madwarhom, u ra li kien tiela’ duħħan mill-art bħal duħħan ta’ forn. Meta Alla qered l-ibliet tal-wita. Alla ftakar f’Abraham u ħareġ lil Lot minn nofs il-qerda, meta qered l-ibliet li fihom kien jgħammar Lot.

Being developed