nativity scene


Xi Links Importanti

Bliet Imsemmija fil-Bibja.


Tagħrif fuq xi Bliet jew Postijiet imsemmija fil-Bibja
Meħudin mil-Ktieb "Sacred Places of the Bible
Maqlubin għal Malti min Mario Lombardi.



Nażaret.



Nażaret ma tantx kellha x’toffri fl-istorja Lhudija. Infatti meta Filippu qal lil Nathanael li ltaqgħu mal-Messija, dan wieġbu: “jista joħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” (Gw: 1.46). Nażaret qiegħda nofs triq bejn l’Eġittu u r-reġjun tal-Mesapotanji u viċin il-Baħar Mediterran. B’danakollu Nażaret ma kienitx belt li tagħmel kummerċ kbir. Dak iż-żmien Nażaret kellha popolazzjoni ta xi elf u ħames mitt ruħ. Illum, Nażaret għanda popolazzjoni ta’ aktar minn 67 elf u meqjusa bħala Belt kapitali ta’ Isreal. L-anqas fl’antik testment ma qatt issemmiet u fl’Evanġelju lanqas tissemma ħlief fejn għandu x’jaqsam Ġesù.

IL-Vanġelu huwa silenzjuż kważi għal kollox fuq il-preżenza ta’ Ġesù f’Nażaret u għalhekk wieħed jifhem li Ġesù trabba fis-skiet fil-Belt ta Nażaret sakemm wasal iż-żmien biex joħroġ għal ħajja pubblika meta kellu xi tletin sena. Wara xi sena minn meta Ġesù ħareġ jipprietka biex iwettaq il-missjoni tiegħu tat-tixrid tas-Saltna t’Alla huwa reġa’ mar ġo Nażaret biex jippriedka hemm ukoll. hurch in Nazareth. Hemmhekk kien meta in-nies bdew jistaqsu: “Dan mhux bin Ġużeppi “ (Luq: 4.22); għax in-nies kienu jiftakruh jitrabba fil-familja ta’ Ġużeppi u Marija. Meta darba qalilhom li se jmur għand il-ġentili u jipriedka hemm, huma saħnu bil-korla u riedu jaqbduh biex joħduh fuq muntanja u jwaddbu minn hemm għal isfel, imma Ġesù ħarbilhom. Illum Nażaret saret belt famuża għax fiha hemm il-Knisja ta’ l’Annunzjazzjoni fejn tfakkar meta l’Anġlu Gabriel ħabbar lil Marija li kellha tkun omm Alla. Il-knisja preżenti imbniet minflok fdal ta’ knisja oħra li kienet inbniet fis- sena 356 AD.

Nażaret fil-Bibbja illum.
Ġuzeppi qam u ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu u mar fl-art ta’ Israel. Imma billi sema’ li fil-Lhudija kien qiegħed isaltan Arkelaws flok Erodi missieru, beża’ jmur hemm. Fuq twissija li kellu fil ħolm inġabar fl-inħawi tal-Galilea, u mar joqgħod f’belt jisimha Nażaret, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeti. “ikun jissejaħ Nażri”. (Mattew2: 21-23)

Being developed