Xi Links Importanti


statue of Saint Helen

Lis-Statwa ta' Sant'Elena Imperatrici Awgusta. [Skultur Salvu Psaila]


Antifona

Fethet idha mal-fqir
meddet idejha lejn
l-imsejken
u l-ħobż ma kilitux
ma tagħmel xejn


Painting - Glorification of St Helen

Glorifikazzjoni ta' Sant'Elena. [Pittura
ta' Virginio Monti]

IS-SIMBOLI FIS-SAGRAMENT TAL-MAGĦMUDIJA

Meta jirċievi s-sagrament tal-Magħmudija, in-nisrani jibda l-mixja tiegħu wara Kristu, b’riżultat tal-grazzja li Kristu qalagħna bil-mewt u l-qawmien tiegħu mill-imwiet. Bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, l-imgħammed jidħol f’għaqda mal-komunità Nisranija fil-Knisja, li tagħha Kristu huwa r-Ras. Huwa jissieħeb fil-mewt ta’ Kristu, jindifen miegħu biex miegħu jirxoxta ghall-ħajja ta’ dejjem.

Il-ħames simboli tas-Sagramenttal-magħmudija.

  • 1. L-Ilma tal-Magħmudija jiġi mbierek kull sena b’talb solenni f’Sibt il-Għid. L-ilma jista’ jgħarraq u jġib il-mewt iżda l-ilma tal-Magħmudija jagħti l-ħajja, inaddaf u jsaħħhah ir-ruħ.
  • 2. Hemm żewżt iżjut imqaddsa u żewġ dilkiet fis-Sagrament tal-Magħmudija. Iż-żewġt iżjut jiġu kkonsagrati kull sena mill-Isqof nhar Ħamis ix-Xirka filgħodu. Iż-żlejt jagħti s-saħa u jfejjaq.
  • L-ewwel dilka tkun biż-żejt tal-griżma. Dan huwa żejt imħallat bil-balzmu. Jfisser li t-tarbija ġiet kkonsagrata mill-Ispirtu s-Santu u ngħaqdet għal dejjem ma’ Kristu.
  • 3. Is-saċerdot ilibbes lit-tarbija bil-libsa l-bajda. Tfisser li t-tarbija bdiet tieħu sehem mill-ħajja ta’ Kristu Rxoxt.
  • 4. Ix-xemgħa mixgħula mill-Blandun: il-Blandun huwa simbolu ta’ Kristu Rxoxt. B’hekk it-tarbija bdiet tieħu l-ħajja ta’ Kristu Rxoxt.
  • 5. L-Effetah: Is-saċerdot imiss b’sebgħu widnejn u fomm it-tarbija, bħalma Ġesù għamel mat-trux u mutu tal-Evanġelju.
  • Maħruġa mill-Kummissjoni Liturġika - Parroċċa Sant'Elena



Il-Liturġija fil-Quddiesa.

Il-Kunċilju Vatikan II ried li l-Knisja tgħin ħafna l-fidili, inklu7#380; it-tfal, jitwasslu għal sehem sħiħ, ħaj u li jinftiehem fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, speċjalment fil-Quddiesa. Il-ġesti, is-simboli u l-kant huma importanti daqs il-liturġija tal-kelma u dawn flimkien iwasslu għal sehem aktar attiv fil-liturġija.

Il-liturġija hija l-għajn u l-quċċata tal-ħajja tal-Knisja u l-Quddiesa hija ħidma ta' Kristu u tal-Poplu t'Alla miġbur b'qalb waħda u b'moħħ wieħed.

X'inhuma u x'ifissru l-ġesti u s-simboli liturġiċi?

Meta nidħlu fil-Knisja u nagħmlu fuq ġbina is-sinjal tas-salib bl-ilma mbierek, dan ifakkarna filmagħmudija tagħna.

Hekk ukoll it-tberik bl-ilma mbierek li ġieli jsir flok ir-rit penitenzjali, huwa xbieha tar-ruħ li titnaddaf mid-dnub.

Id-dħaħen tal-inċens huma xbieha tat-talb tagħna tiela' il fuq lejn Alla.

Meta ninżlu għarrkobbtejna nkunu nagħtu xhieda taċ-ċokon tagħna quddiem Alla,

Meta nqumu bil-wieqfa nkun nfissru l-ġieħ li nagħtu 'l Alla li jista kollox.

Meta nħabbtu sidirna nkunu nistqarru d-dnubiet tagħna.

Meta nagħtu l-paċi lil xulxin, ikun sinjal veru ta' maħfra, ta' mogħdrija, ta' mħabba u ta' ħerqa lejn xulxin.

Importanti li nitgħllmu aħjar is-siwi ta' dawn is-simboli u l-ġesti biex nifhmu x'qegħdin nagħmlu.

Jekk nitilfu t-tifsira tagħhom isiru ħwejjeġ vojta u ta' rutina.

Il-kant huwa talb; jħaqqad komunita' sħiħa f'vuci waħda flimkien biex nagħtu qima 'l Alla. Ma nibqgħux passivi iżda nipparteċipaw fil-kant kollu tul il-Quddiesa.

Maħruġa mill-Kummissjoni Liturġika - Parroċċa Sant'Elena



Qed Tgħix it-Talba tal-Missierna?

  • Ma nistax ngħid “Missierna”, jekk fil-fidi tiegħi m’hemmx post għall-oħrajn u l-bżonnijiet tagħhom u ma nurix fil-prattika li jien ibnu jew bintu.

  • Ma nistax ngħid “li inti fis-smewwiet”, jekk moħħni biss fil-ħwejjeġ u l-kumditajiet tad-dinja.

  • Ma nistax ngħid “jitqaddes ismek”, jekk jien li qed inġorr ismu ma nkunx qed nipprova nkun qaddis.

  • Ma nistax ngħid “tigi saltnatek”, jekk ma naċċettax li mhux jien se nikkmanda u niddeċiedi, imma l-ġustizzja u l-imħabba ta’ Alla.

  • Ma nistax ngħid “ikun li trid int”, jekk m’iniex lest li nwettaq dak li jixtieq u jrid Alla minni.

  • Ma nistax ngħid “hekk fis-sema u hekkda fl-art”, jekk ma nħallihx li, permezz tiegħi, ibiddel imqar biċċa minn din l-art f’ġenna tal-paċi.

  • Ma nistax ngħid “ħobżna ta’ kuljum agħtina llum”, jekk mhux qed naqla’ ħobżna ta’ kuljum bix-xogħol onest li nagħmel u jekk ma niftaħx qalbi u bwieti għal ħija u oħti bil-ġuħ maġenbi.

  • Ma nistax ngħid “aħfrilna dnubietna”, jekk ma nammettihomx u ma jiddispjċinix li bihom weġġajt Lilu u lil ħuti.

  • Ma nistax ngħid “bħalma naħfru lil min hu ħati għalina”, jekk inżomm f’qalbi għal min weġġa’ lili u nħalli r-rabja twebbisli qalbi lejhom.

  • Ma nistax ngħid “iddaħħalniex fit-tiġrib”, jekk nidħol fit-tiġrib b’saqqajja stess u ma nitbiegħedx b’rieda sħiħa mill-ħażin li jiġbidni u jissodisfa l-passjonijiet tiegħi.

  • Ma nistax ngħid “eħlisna minn kull deni”, jekk naħseb li se negħleb il-ħażen bil-forzi tiegħi biss u mhux bil-qawwa tat-talb u tal-ispirtu tiegħu.

  • Ma nistax ngħid “Ammen”, jekk ma nerħix ruħi għal kollox f’idejn il-Missier tal-ħniena li ħalaqni u jħobbni b’imħabba tal-ġ:enn.

Mibgħut minn Noel Enriquez