nativity scene


Xi Links Importanti

Bliet Imsemmija fil-Bibja.


Tagħrif fuq xi Bliet jew Postijiet imsemmija fil-Bibja
Meħudin mil-Ktieb "Sacred Places of the Bible
Maqlubin għal Malti min Mario Lombardi.



Għolja taż-Żebbuġ.



Għolja taż-Żebbuġ tissemma kemm -il darba fil-Bibbja. Ġesù kien imur hemm mad-dixxipli tiegħu (Mat. 24:3) u jkellimhom fuq is-Saltna t’Alla. Anke qabel ma’ ġie arrestat, Ġesù mar jitlob fil-ġnien taż-żebbuġ. Li qiegħed fuq din il-għolja. Din l-għolja kienet magħrufa minħabba li kienu jiffrekwentawha dawk il-pellegrini li kienu jitilgħu għall-festa ta’ l-Għid u ma kienux isibu post fil-lukandi ġo Ġerusalemm. L-għolja taż-żebbuġ kienet l-għola muntanja fost it-tlett għoljiet li kienu jiddominaw il- Wied ta Kidron, fuq il-lvant tat-tempju.Il-muntanja kienet għolja xi 70 metru ‘l fuq mil-muntanja tat-Tempju. Id-deżert tal-Ġudea jibda fuq il-lvant tal-għolja Olivet , kif kienet magħrufa. L-Għolja taż-żebbuġ kienet imsemmija għal-għelieqi bis-siġar taż-żebbuġ li kienu jinsabu imperċin mal ġnub tagħha.

L-ewwel ma tissemma fil-Bibbja, meta Assalonne, bin ir-re David, qajjem rewwixta kontra missieru. Biex isalva ħajtu, David ħareġ mas-suldati u l-membri The Mount of Olives tal-familja tiegħu minn Ġerusalemm u ħadhom fuq il-Għolja taż-Żebbuġ. ( 2 Sam 15:13-37). Eżekjel, li għex xi 600 Q.K., isemmi li wara li l-Mulej deherlu fuq din l-għolja u wara li l-Mulej spiċċa jitkellem, qal “Il-kerubini fetħu ġwenħajhom, bir-roti ma ġembhom; u l-glorja ta’ Alla ta’ Iżrael kienet fuqhom. U l-glorja tal-Mulej tqanqlet minn nofs il-belt, u marret qagħdet fuq il-għolja, in-naħa tal-lvant tal-belt.” (Eżek 11: 22-23). Dik il-għolja kienet il-Għolja taż-Żebbuġ. U l-profeta Żakkaria semma ukoll li kellu dehra fuq din il-għolja. (Żakk 14:4)

Minn hawn ukoll, Ġesù tela’ fis-sema. Infatti, fuq din il-għolja, hemm kappella iddedikata lit-tlugħ ta’ Ġesù fis-sema u hemm saħansitra maduma bl-impronta tar-riġel lemini li, skond it-tradizzjoni, Ġesù ħalla wara li tela’ fis-sema.

tempju

It-Tempju ta' Ġerusalem

Nazaret

Nazaret

Sikem

Sikem