nativity scene


Xi Links Importanti

Bliet Imsemmija fil-Bibja.


Tagħrif fuq xi Bliet jew Postijiet imsemmija fil-Bibja
Meħudin mil-Ktieb "Sacred Places of the Bible
Maqlubin għal Malti min Mario Lombardi.



Il-Ġenna ta' l-Art



Meta Alla ħalaq lil Adam u lil Eva, poġġiehom fi ġnien kbir li aħna insejħulu “Ġenna ta’ l-Art”, jew il-Ġnien tal-Eden. Dan it-tagħrif insibuh fil-Ktieb tal-Ġenesis Kap 1-2. Imma fejn kienet il-Ġenna ta’ l-Art, s’issa għadu misteru moħbi għalina, minkejja li ħafna xjenzjati studjaw is-suġġett biex forsi jsibu il-lok eżatt fejn kien. Imma s’issa għadhom ma waslux.

Fil-Bibbja insibu xi ħjiel x’kien fih dan il-Ġnien misterjuż. Fil-kap 2 v. 14 insibu li x-xmara Euphrates kienet waħda mill-erba’ xmajjar li jgħaddu mil-Eden. Illum ix-xmara Euphrates tgħaddi mil-Lvant tat-Turkija, għal ġos-Syria u tibqa’ sejra sa l-Iraq fejn illum hemm l-infern tad-dinja. Il-Bniedem mingħajr Alla dak li kapaċi jagħmel: il-Ġenna jibdilha f’Infern. Mela Ix-xmara Euphrates tibqa’ nieżla sakemm tiltaqa’ max-xmara Tigris u din tispiċċa fil-Golf Persiku. Ħafna studjużi jgħidu li HAWN kien il-lok ta’ l-Eden. Oħrajn isemmu it-Tramuntana tal-Mesapotamia. Ħdejn il-Belt moderna ta’ Batman fit-Turkija, lejn il-punent tal-Għadira Van.

Adam and Eve being expelled

U xi tfisser il-kelma Eden? Tista’ tkun ġejja mill-kelma Lhudija li tfisser ferħ jew pjaċir. Tista’ tkun ġejja mil-kelma Mesapotamjana “Pjan”. Kif kien deskritt fil-kapitlu 2 tal-Genesis, il-Ġnien kien issettjat idealment bis-sigar u l-Annimali. Il-waqa’ ta’ Adam u Eva, u t-tkeċċija tagħhom mil-ġnien, hija meqjusa bħala l-agħar ġrajja fl-istorja tal-umanità, Huma u d-dixxendenti tagħhom, kellhom isibu post ieħor inqas akkoljenti x’imkien fil-Mesapotamia.

Il-Ġnien ta’ L-Eden kif spjegat fil-Bibbja. (Gen Kap. 2 10-14)
U kien hemm xmara ħierġa mill-Għeden u ssaqqi l-ġnien; min hemm kienet tinqasam f’erbat irjus. L-ewwel waħda kien jisimha Pison, hi li ddur mal-art kollha ta’ Ħawila, fejn hemm id-deheb – u d-deheb ta’ din l-art hu sabiħ, u hemm ukoll gomma tfuh u ħaġar tal-oniċi. U t-tieni kien jisimha Gihon li ddur mal-art kollha ta’ Kus. U t-tielet kien jisimha Tigri, li kienet tgħaddi n-naħa tal-Lvant tal-Assirja u r-raba’ xmara kienet l-Ewfrat.

Being developed