nativity scene


Xi Links Importanti

Bliet Imsemmija fil-Bibja.


Tagħrif fuq xi Bliet jew Postijiet imsemmija fil-Bibja
Meħudin mil-Ktieb "Sacred Places of the Bible
Maqlubin għal Malti min Mario Lombardi.



Sinaj



Is-Sinaj tissemma ħafna meta Alla sema’ it-talb ta’ Mosè biex jeħles lil Poplu Lhudi mill-jasar ta’ L-Eġittu, fejn il-poplu kien qiegħed ibagħti ħafna. Il-poplu Lhudi kien jgħodd mas-600,000 raġel, barra in-nisa u t-tfal. Ara x’forza ta’ xogħol kellu Farawni minnhom. Mhux ta’ b’xejn ma riedx jitlaqhom minn taħt idejh. U kellu jsofri ħafna kastigi biex Mosè irnexxielu jipperswadih jitlaq lill-Lhud. Saħansitri kellu jsofri it-telfa ta’ ibnu flimkien ma’ l-primoġenitu tal-familji u kollha ta’ l-Eġizzjani.

Mount Sinai

Intant wara li l-Lhud telqu mill-Eġittu, Farawni ħass il-vojt tagħhom u ddeċieda li jerġa’ jaħtafhom taħt idejh, u rama l-karrijiet tiegħu u telaq għal warajhom. Sadanittant, immexxijin minn Id Alla, ġibdu għax-xatt ta’ Sinaj, dak l-ilsien ta’ art li mit-tramuntana jmiss mal Baħar Mediterran, u minn nofsinhar mal baħar l-Aħmar. It-triq li qabdu il-Lhud mhix identifikata fiċ-ċert imma l-istudjużi jgħidu li għaddew minn diversi siti bħal Succoth, Etham (Eż 13:20) u Pi Hahiroth, Baal-Zephon u Migdod (Eż 14:2). Kif għedna, Farawni reġa’ bdielu u laħaqhom qrib il-baħar l-Aħmar. Il-Lhud ippanikjaw, imma Alla bagħad riħ qawwi li fired il-baħar u nħoloq passaġġ minn fejn setgħu jgħaddu l-Lhud u meta l-Eġizzjani marru jaqsmu huma wkoll, Alla reġġa’ l-ilmijiet lura u nafu xi ġralhom Is-suldati Eġizzjani, għerqu kollha. Il-Bibbja tgħid l-anqas wieħed ma salva minnhom. Il-Lhud setgħu ikomplu it-triq, li kellha ddum erbgħin sena biex jilħqu l-Art Imwegħda, kif insejħulha, għax Alla kien wiegħed din l-art, l-Art ta Khanaan lil Abraham u n-nisel tiegħu. Imma kellhom jaqsmu d-desert ta’ Sinaj. Hemm ħafna episodji li ltaqgħu magħhom il-Lhud sakemm waslu fl-Art Imwegħda li nsibuhom fil-Ktieb Eżodu, it-tieni ktieb tal-Bibbja.

Sinaj fil- Bibbja.
Irħewlha mbagħad minn Elim u waslet il-ġemgħa kollha ta’ wlied Israel fix-xagħri ta’ Sin bejn Elim u bejn Sinaj, fil-jum ħmistax tat-tieni xahar wara li ħarġu mill-art ta’ l-Eġittu (Eż 16:1)

Sikem

Sikem



sodoma and gamorra

Sodoma u Gamorra



arart

Muntanja Arart