Biex Nikbru Lkoll Flimkien.
l-Art ta’ Sikem Tissemma fil-Ġenesi meta Abram telaq art twelidu f’Haran, u ivvjaġġa, fuq ordni ta’ Alla lejn l-Art ta’ Kangħan, liema
art, Alla wiegħedha lilu u lid-dixxendenti tiegħu. Abram, allura, ippakkja kull ma kellu, bil-familja, is-sefturi u telaq lejn il-lbiċ, lejn
is-siġra ta’ Mori, li kienet meqjusa bħala Santwarju. Sikem kienet tinsab bejn il-muntanji Ebal u Gariżim. Hemm, Alla deher lil Abram u
ġedded il-wegħda tiegħu li jati l-Art ta’ Kangħan lid-dixxendenti tiegħu. Abram seta’ jara b’għajnejh dik l-immensità ta’ art
għammiela u b’ħafna opportunitajiet. Hemm, Abram bena artal biex ikun ta’ tifkira għad-dixxendenti tiegħu. Hemmekk, Ġakobb,
in-neputi ta Abram, bena altar għalih innifsu (Gen 33: 18-20) fejn difen lil Missieru Ġużeppi. (Ġożpwè 24:32) Wara li Ġożwè,
is-suċċessur ta’ Mosè, Daħħal l-Israeliti fl-Art Imwegħda, Hu laqqa’ f’Sikem lil mexxejja tat-tribujiet u ġedded il-patt ta’
Israel ma’ Alla. (Ġożwè 24: 1-27). L-isem ta’ Sikem, illum Tell Balata u tinsab fil-punent ta-Palestina, xi erbgħin mil ’il bogħod lejn
it-tramuntana ta’ Ġerusalemm. (Tell tfisser muntanja bil-Lhudi)
Sikem fil-Bibbja
U ħarġu biex imorru fl-Art ta’ Kangħan u waslu f’Art Kangħan u Abram qasam l-art sas-santwarju ta’ Sikem sal-balluta ta’ Mori ....
(Ġen 12: 5-6)