nativity scene


Xi Links Importanti

Bliet Imsemmija fil-Bibja.


Tagħrif fuq xi Bliet jew Postijiet imsemmija fil-Bibja
Meħudin mil-Ktieb "Sacred Places of the Bible
Maqlubin għal Malti min Mario Lombardi.



Betlehem.



Il-belt ta’ Betlehem tissemma bi prominenza fil-Ktieb ta’ Samwel (Sam. 17:12): Meta Samwel il-Profeta, telaq lejn Betlehem biex jidlek lil David li kien għadu żagħżugħ, bħala sultan. (Sam. 16:4-13).

Barra minn hekk. Il-Profeta Mikea, kompla jgħolli l-Belt ta’ Betlehem billi ħabbar: “Betlehem, Efrata, inti l-iżgħar fost il-bliet ta’ Ġuda, imma il-Mulej għad jagħżel minn fost il-poplu tiegħek, wieħed li jmexxi l-poplu tiegħu, xi ħadd li l-familja tiegħu Ġejja mill-qedem.” (Mik.5:2). Minn hemm ’il quddiem, il-poplu Lhudi beda jqis lil Betlehem bħala l-belt li minna jitwieled il-Messija. Jekk Marija u Ġużeppi kienu jafu bil-profezija ta’ Mikea, (li jien persważ li kienu jafu biha), kienu jgħidu f’qalbhom, “Imma kif Alla għażel lilna, li aħna minn Nażaret, (Luq 2:4), biex inkunu il-ġenituri ta’ Ġesù? Ma setgħux jifhmu kif Alla ser jaħdem biex iwettaq il-profezija ta’ Mikea.

Il-ġrajja li kellha tersaq lejn din il-profezija, kien iċ-ċensiment ta’ L-Imperatur Ċesare Awgustu: li kull raġel imur fil-belt ta’ l-oriġni tiegħu biex jinkiteb hemmhekk. U peress li Ġużeppi kien dixxendenti tal-profeta David, kellu jmur ġewwa Betlehem, il-belt ta’ David, akkumpanjat mil-għarusa tiegħu, Marija, li kienet tqila, biex jobdi l-ordni ta’ l-Imperatur. Dan kien ifisser li jridu jagħmlu vjaġġ ta’ tlett ijiem. Minħabba li l-belt kienet ippakkjata b’nies oħra li wasslu qabilhom, huma ma sabux post fil-lukanda. L-uniku post fejn setgħu jidħlu kienet maxtura ta’ l-annimali, u hemm Marija weldet lil binha Ġesù l-iben t’Alla, is-Salvatur tad-dinja. Dak iż-żmien Betlehem kienet Belt żgħira xi Ħames mili fin-nofsinhar ta’ Ġerusalemm. Illum Betlehem hija belt ta’ madwar 25,000 ruħ u hija parti mill-Palestina fil-West Bank. Ta’ min jgħid li f’Betlehem hemm il-Knisja Tan-Nattività, fejn, skond it-tradizzjoni twieled Ġesù. Din il-knisja ġiet ikkommissjonata mill-Imperatur Costantinu fis-sena 327 AD u hija l-aktar knisja antika li baqgħet tiffunzjona mingħajr interruzzjoni.

babylon

Babilonja



Genna ta l-art

Ġenna tal-Art



It-Tempju

It-Tempju