nativity scene


Xi Links Importanti

Bliet Imsemmija fil-Bibja.


Tagħrif fuq xi Bliet jew Postijiet imsemmija fil-Bibja
Meħudin mil-Ktieb "Sacred Places of the Bible
Maqlubin għal Malti min Mario Lombardi.



Babilonja



Babilonja kienet saltna kbira fin-nofsinhar ta’ Mesapotanja, li tinsab bejn ix-xmara Tigris u x-xmara Ewfrate, fin-nofsinhar ta’ dik li llum insejħulha Iraq. Il-belt, li kien ukoll jisimha Babilonja, (bil-Lhudi Babel), kienet tinsab xi ħamsin mil lejn it-tramuntana tal-belt li llum insejħulha Baghdad. Wara d-dilluvju, ħafna min-nies li tnisslu minn Noè u l-familja tiegħu, issetiljaw f’din il-belt ta’ Babel u kienu jitkellmu ilsien wieħed, komuni għal kulhadd. Hawn daħlet is-suppervja u l-ambizzjoni, żewġ dnubiet li ġagħlu lil poplu jaħseb biex jibni torri kbir sas-sema biex isir poplu famuż u biex ma jinxterdux mad-dinja magħrufa. Dan, meta Alla qalilhom għal darbtejn biex jimlew l-art kollha, darba lil Adam (Gen.1:27-28) u darb’ohra lil Noe, wara id-dilluvju (Gen.9:1). Iżda l-poplu ipprefera jibqa’ magħqud fil-belt ta’ Babilonja. Alla ra li dawn se jkunu jistgħu jagħmlu ħafna ħażen u għalhekk Alla neħħielhom il-lingwa komuni u bdew jitkellmu b’ilsna differenti b’mod li ma setgħux jiftiehmu bejniethom u kellhom jinfirdu skond il-lingwa li kien jiftehmu bejniethom.

map of babylon

Ir-renju ta’ Babilonja kien hawn l-ewwel li deher f’dawl negattiv, iżda dan ma kienx l’uniku każ għaliex fi żmien is-sultan Nabuckadnezzar, fis-sena 586 QK, attakka u waqqa’ il-belt ta’ Ġerusalemm u t-tempju tagħha. Il-Babilonja ssemmiet ukoll mill-appostlu Ġwanni fil-ktieb ta’ l-Apokalissi (Apk: 14, 8) meta San Ġwann ra li l-Babilonja kienet mifnija biż-żina, tiġġarraf.

Il-Babilonja fil-Bibbja: Issa, fejn tissemma l-Babilonja fil-Bibbja? Fil-Genesi (Kap.11:1-4) isibu mnizzel hekk:
U l-art kollha kienet ilsien wieħed u kliem wieħed. Meta l-bnedmin telqu mil-lvant, sabu wita f’art Singħar u baqgħu hemm. U qalu wieħed lill-ieħor: “Ejjew nagħmlu l-madum u naħmuh sewwa!” U l-madum kienu jużawh flok il-ġebel, u l-qatran flok it-tajn. U reġgħu qalu: “Ejjew nibnu belt għalina u torri, bil-quċċata tiegħu tilħaq is-smewwiet, u nagħmlu isem għalina, ħalli ma nixterdux ma’ wiċċ l-art kollha!”

Being developed