nativity scene


Xi Links Importanti

Bliet Imsemmija fil-Bibja.


Tagħrif fuq xi Bliet jew Postijiet imsemmija fil-Bibja
Meħudin mil-Ktieb "Sacred Places of the Bible
Maqlubin għal Malti min Mario Lombardi.



Il-Muntanji Ararat



L-imġieba ħażina ta Adam u Eva baqgħet tiġġenera u tikber minn ġenerazzjoni għall-oħra, tant, li l-ħażen u l-korruzzjoni kienu dejjem jiżdiedu. Meta il-ħażen wasal f’livell għoli, Alla daħal biex jintervieni Hu. U meta Alla jgħid biżżejjed, aħna nafu mill-istorja x’jiġri. Alla jissaporti lil midneb, u jissaportih ħafna tant li Alla jidħol biss meta jara li m’hemmx limitu fejn jasal il-bniedem fil-ħażen tiegħu. Allura Alla iddeċieda li jibgħat id-dulluvju, xita li permezz tagħha inqerdu l-ħlejjaq kollha li jieħdu in-nifs beċ੿ezzjoni ta’ Noe u l-familja tiegħu u l-annimali li daħlu fl’Arka. Il-Bibbja ma tgħidilniex minn fejn kien Noe, imma skond ħafna studjużi, l-Arka, wara li damet tifflowtja 150 Jum, straħet fuq il-muntanja Arart meta l-ilma tad-dulluvju inxtorob mill-art. Il-muntanji Ararat jinsabu fit-Turkija u għandhom żewġ qċaċet prinċipali, waħda għolja 13,000 pied u l-l-oħra ta 17,000 pied. Il-Bibbja però ma tispeċifikax.

ARARAT skond il-Bibbja.

Imma Alla ftakar f’Noe u l-annimali selvaġġi u l-bhejjem kollha miegħu fl’arka; u Alla qajjem riħ fuq l-art, u l-ilmijiet bdew jonqsu…… U l-ilmijiet bdew rieġgħa lura min fuq l-art, u baqgħu sejrin lura sakemm nixfu għal kollox wara mija u ħamsin jum. U waqfet l-arka fis-seba xahar, fis-sbatgħax il-jum fuq il-muntanja Ararat (Genesi 8:1-4)




Being developed